Kultura
Ara: Kif jinħadem il-bronż?

Ta’ kuljum, lil Christopher Chetcuti ssibu jterraq fil-funderija tal-familja f’Ħal Luqa ġaladarba ddeċieda li jkompli fuq il-passi ta’ missieru. F’liema post, matul is-snin, Christopher ħadem għadd ta’ statwi u busti tal-bronż fuq diżinji u abbozzi ta’ diversi artisti Maltin.

Iżda, kif issir il-forma sewwasew?

Il-brunżar, qabelxejn, joħloq kopja tad-diżinn tal-artisti, normalment bit-tafal, il-ġibs jew il-fuħħar.

Imbagħad? F’hiex tidħol ix-xemgħa? U, fl-aħħar nett, kif jissajjar kollox?

Ara kif jinħadem pass pass il-bronż fil-filmat t’hawn taħt.

Għal aktar tagħrif simili segwi Malti Pur kull nhar ta’ Tlieta fis-6.30pm fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Ambjent

F’dawn l-aħħar jiem żewġt ifkieren tal-baħar telgħu jbidu fir-ramel fuq xtajta Maltin u Għawdxin. Fekruna minnhom, telgħet tbid fil-Bajja tal-Mixquqa. Liema bajja, in-nies tafha aħjar bħalha Golden Bay. Il-fekruna, xogħolha…

Xogħol

Mal-bidu tas-sajf, l-aktar meta t-temperaturi jibdew jaqbżu t-30 grad celsius, tiżdied id-domanda għas-sistemi tal-arja kkundizzjonata. L-assoċjazzjoni tal-importaturi tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata ffurmata minn disa’ importaturi qed isib diffikultà biex issib ħaddiema…

Aktar