COVID-19
Ara kif l-Awstralja se twaqqaf il-lockdown pass pass

L-Awstralja ħabbret pjan imqassam fi tliet fażi biex tibda ttemm il-lockdown ftit ftit.

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-ewwel pass se jkun li jitħallew jiltaqgħu sa 5 persuni fid-dar u sa 10 persuni f’post pubbliku u fuq ix-xogħol, waqt li jitkompla t-telework, iżda jinfetħu restorants, libreriji, bandli, u jkun permess vjaġġar reġjonali.

It-tieni pass huwa li l-gruppi permessibli fid-dar, fuq ix-xogħol u fil-pubbliku jitilgħu għal 20, jitkompla t-telework, jinfetħu l-gyms, il-ħwienet tas-sbuħija, iċ-ċinemas, mużewijiet, amusement parks, u siti tal-ikkampjar, waqt li jitħalla xi vjaġġar bejn l-istati.

It-tielet pass huwa li l-gruppi jitilgħu sa 100 kullimkien, li kulħadd jirritorna għax-xogħol, li jinfetħu l-bars, il-food courts u s-saunas, jitħalla l-ivjaġġar kollu bejn l-istati, u jkun ikkunsidrat vjaġġar ta’ studenti minn ċertu postijiet barra l-pajjiż.

Il-Prim Ministru qal iżda li se jitħalla f’idejn l-istati u t-territorji individwali biex jibdew jimplimentaw dawn il-passi skont kif iħossu xieraq.

#LIVE: Update on the roadmap to a COVIDSafe Australia, following today's National Cabinet meeting.

Gepostet von Scott Morrison (ScoMo) am Donnerstag, 7. Mai 2020

Dawn huma l-passi mħabbra mill-Prim Ministru Morrison:

Aħbarijiet Oħra

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa 27 persuna f’Malta ħarġu pożittivi għall-Covid-19 minn fost 2,302 swab test. Ħabbru wkoll li 41 ruħ ġew dikjarati li fiequ mill-virus. Minn Marzu…

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Waqt il-programm TVAM, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tkellmet dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 fid-djar tal-anzjani. Il-Professur Gauci kkonfermat li llum naqbżu t-3,000 każ ta’ Covid-19 f’Malta. Tkellmet ukoll dwar l-importanza…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Aktar