Kurżitajiet
Ara kif lag fl-Arġentina spiċċa roża bit-tniġġiż

Lag (lake) fl-Arġentina spiċċa ta’ lewn roża minħabba l-ammont ta’ tniġġiż li spiċċa fih.

Ambjentalisti fil-pajjiż jinsabu mħassba bil-gravità tas-sitwazzjoni fil-lag Corfo li jinsab madwar 1,400 kilometru bogħod mill-kapitali Buenos Aires.

Il-kulur roża ġie kkaġunat mis-‘sodium sulfite’, prodott li jintuża għal kontra l-mikrobi fil-fabbriki tal-ħut.

Fl-inħawi hemm diversi kumpaniji li jipproċessaw il-ħut li tħallew jarmu l-fdalijiet fil-lag.

Residenti fl-inħawi ilhom jilmentaw minn riħa tinten u qed jakkużaw lill-Gvern li mhu jagħmel xejn.

L-awtoritajiet tas-saħħa tar-reġjun qed isostnu li l-kulur ma jikkaġunax ħsara lill-ambjent u li se jgħib fi ftit jiem.