Artiġjanat
Ara: Kif minn ġebla tal-franka joħloq statwa

Jekk nerħulha għal għonq it-triq nintebħu li ħafna mill-irħula tagħna huma mgħonija b’niċeċ mill-isbaħ li jagħtu ġieħ lill-fidi Nisranija li sa minn dejjem ikkaratterizzat ‘il-gżejjer Maltin.

Iż-żagħżugħ Malti Joseph Micallef huwa wieħed mill-imħuħ wara dan it-tip ta’ xogħol artistiku ferm prestiġjuż.

Ta’ kuljum, lil Joseph issibu jterraq fil-bottega tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ fejn b’paċenzja ta’ Ġob joqgħod idur mal-ġebla u jnaqqaxha biex jifforma x-xbiha li jkun iddiżinja fl-abbozz.

Ara pass pass kif Joseph, b’għodda lixxa u tas-snien, jaħdem fuq skultura ta’ San Pawl, il-patrun ta’ Malta.

Jekk inti mħajjar li ssegwi aktar kontenut minn ‘Malti Pur’ tista’ tagħmel dan billi żżur dan is-sit: https://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/malti-pur

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

Ħafna drabi mhux biżżejjed li tgħix taħt saqaf wieħed, iżda huwa daqstant ieħor importanti li żżomm relazzjoni tajba u b’saħħitha mal-għeżież tiegħek u ma’ dawk ta’ madwarek. Madanakollu, iż-żmien itir…

Eurovision

Martin Österdahl ġie appuntat Executive Supervisor tal-Eurovision Song Contest u l-Junior Eurovision Song Contest, minflok Jon Ola Sand, li kien ilu 10 snin fil-kariga. Österdahl kien Executive Producer tal-Eurovision Song Contest…

Kurżitajiet

Persuni hekk imsejħa influencers fuq il-midja soċjali, qed jiġu offruti eluf kbar ta’ flus għas-sess. Rapporti f’midja internazzjonali qalu kif il-midja soċjali, partikolarment l-Instagram, qed iservi bħal katalgu biex rġiel…

Kurżitajiet

Il-kandidat għal President Amerikan, Pete Buttigieg, qal li Malta hija pajjiż sabiħ, u ħeġġeġ lil għadd ta’ votanti li kien qed jitkellem magħhom biex iżuruh. Waqt taħdita mal-votanti, Buttigieg tkellem…

Aktar