Barranin
Ara kif niżlu mill-ajruplan u tgħallem minnhom!

Għal xi wħud il-ħin tal-inżul mill-ajruplan spiss ikun ta’ uġigħ ta’ ras, speċjalment jekk ikunu fuq in-naħa ta’ wara.

Ħafna nies ħerqana biex jinżlu, ma jagħtux ċans lil ta’ quddiemhom ilestu, u jqumu minn posthom biex jippruvaw iġibu l-bagalji mill-kompartamenti ta’ fuq rashom, anki jekk ma jkunx hemm fejn tiċċaqlaq.

Ħafna nies jispiċċaw bilwieqfa fil-passaġġ dejjaq, jonfħu u jiġġebbdu fuq xulxin, inkella bilwieqfa b’mod skomdu bejn is-siġġu tagħhom u ta’ quddiemhom, mingħalihom li għax qamu bilwieqfa se jinżlu qabel.

Louise Vadeboncoeur, li hija membru tal-crew li taħdem fl-ajruport internazzjonali ta’ Vancouver, tidher li tinsab imxebba’ b’dan in-nuqqas ta’ sens komun.

Meta għalhekk sabet ajruplan mimli passiġġiera li bdew jinżlu mill-ajruplan kif suppost, ħaditilhom filmat u xandritu bit-‘time lapse’ fuq il-midja soċjali, bit-tama li ħaddieħor jitħajjar jieħu l-eżempju tagħhom u jevita kaos bla bżonn fuq l-ajruplan.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit. Waqt t-taħditiet kruċjali…

Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Aktar