Annimali
Ara kif Peter qed jiġbor il-flus għall-kaxxa ta’ Malta

Peter huwa wieħed mill-klieb tad-Dwana li bis-saħħa tagħhom qed jiżdiedu l-flus fil-kaxxa ta’ Malta. Dan billi jaqbdu flejjes mhux iddikjarati li jkunu għaddejjin mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta, inkella oġġetti oħra bħal sigaretti li ma jkunx qed jitħallas dazju fuqhom.

Dalgħodu Peter żar l-istudios ta’ TVM flimkien mal-handler tiegħu, l-uffiċjal tad-dwana Hilary Fenech, li spjega kif il-kelb jiġbed l-attenzjoni tal-uffiċjali tad-dwana biss meta jkun hemm ammonti kbar ta’ flus, għalkemm l-ammonti żgħar huwa jkun xammhom xorta waħda.

Kif jirnexxielhom l-uffiċjali tad-dwana jgħallmu lil Peter biex jagħmel din id-distinzjoni? Ara fil-filmat:

Ara wkoll:

Peter, il-kelb tad-Dwana jaqbad passiġġier iġorr fuqu aktar minn €26,000

Aħbarijiet Oħra
Xogħol

Mal-bidu tas-sajf, l-aktar meta t-temperaturi jibdew jaqbżu t-30 grad celsius, tiżdied id-domanda għas-sistemi tal-arja kkundizzjonata. L-assoċjazzjoni tal-importaturi tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata ffurmata minn disa’ importaturi qed isib diffikultà biex issib ħaddiema…

Annimali

Waħda miż-żewġ ċifiet li ġimagħtejn ilu ġew salvati wara li tgħaqqdu fi xlief mormi fil-baħar, inħelset lura fl-ambjent naturali tagħha. Birdlife Malta qalet li għalkemm kienu fortunati li ż-żewġ ċifiet…

Saħħa

Aktar minn 40 siegħa f’ġimgħa fil-post tax-xogħol u ammont kbir ta’ xogħol huma fost il-fatturi ewlenin li waslu biex żewġ terzi tal-ħaddiema li ħadu sehem fi stħarriġ lokali qalu li…

Ippjanar u bini

Erba’ għaqdiet mhux governattivi b’interessi ambjentali laqgħu regolamenti aktar stretti fir-riforma proposta tal-politika rurali. L-Assoċjazzjoni tar-Ramblers; Flimkien għal Ambjent Aħjar; Friends of the Earth; u Moviment Graffitti nnotaw b’sodisfazzjon li…

Aktar