COVID-19
ARA: Kif qed iġibu ruħhom in-nies fuq il-bajjiet?

Il-bajjiet tant popolari mal-Maltin qed ikunu żvog forsi aktar minn qatt qabel wara ġimgħat li ħafna spiċċaw imsakkra f’darhom minħabba l-Covid-19. F’temp sabiħ f’temperaturi li kważi laħqu t-30 grad sibna l-bajjiet miżgħuda bin-nies igawdu x-xemx u l-baħar.

Madankollu jidher li huma konxji li jistgħu jgawdu l-baħar iżda jafu wkoll li jridu josservaw id-distanza socjali.

Il-bajjiet huma fost l-attivitajiet popolari fost il-Maltin, saħansitra iltqajna ma’ min kien ilu tliet xhur ma joħroġ mid-dar u propju illum l-ewwel darba li ġew fuq il-bajjiet.

Jispikka wkoll il-mod rigoruż kif qed jiġu mnaddfa għadd ta’ deckchairs umbrellel u dak kollu li hawn fuq il-bajjiet.

Osservajna wkoll lill-ħaddiema tad-dipartiment tat-tindif u l-manutenzjoni pubblika jnaddfu l-bajjiet. Qalulna li kuljum mas-sebħ jibdew inaddfu l-bajjiet aktar mis-snin l-imgħoddija.

Ara x’qalu n-nies li ltqajna magħhom fuq il-bajjiet: