Televiżjoni u Radju
Ara: Kif qed iqattgħuha l-kwarantina għadd ta’ personalitajiet Maltin? Illum f’ ‘Sibtek’

Fl-isfond tal-jiem straordinarji li qed ngħixu, kawża tal-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna wkoll, il-poplu Malti u Għawdxi mħeġġeġ jibqa’ d-dar u ma joħroġx għal xejn b’xejn, bil-għan li t-tixrid tal-virus jonqos kemm jista’ jkun u fl-iqsar żmien possibbli.

F’dan il-kuntest, f’‘Sibtek’ illum, għadd ta’ personalitajiet Maltin ser jitkellmu fuq kif qed iqattgħu l-kwarantina permezz ta’ diversi filmati.

U, lil hinn mill-filmati, fost l-għadd ta’ mistiedna fil-programm, Rachel Micallef, il-kantant Kurt Anthony, Sarah Hussein, u l-koppja Giovanna Mirabie u Renato Vella, li fost l-oħrajn ser jiftħu qalbhom fuq kif qed iqattgħu dan iż-żmien ukoll.

‘Sibtek’, illum, fis-12.45 fuq Television Malta.

Sibtek li jmiss ser jkun ma’ ħafna personalitajiet Maltin, dwar Kif qed iqattaw il-ħin id-dar! Sibtek li jmiss titilfux! #stayhome #StaySafe #watchsibtek

Gepostet von Sibtek am Montag, 23. März 2020

Aħbarijiet Oħra
Televiżjoni u Radju

‘Sibtek’ illum jissokta bi programm varjat u ppakkjat ġmielu bil-għan li jżomm kumpanija mill-aqwa lill-pubbliku. Fost l-oħrajn, it-tim ta’ Sibtek se jieħu lit-telespettaturi dawra ma’ waħda mill-binjiet ta’ Inspire. Liema…

Kultura

Inbniet bħala villeġġjatura fl-aħħar snin tal-Kavallieri… fiha għexet ir-Reġina Eliżabbetta II… u llum għaddiet formalment għand il-gvern. Villa Guardamangia, ftit ’l isfel mill-isptar San Luqa, se titranġa u se toffri esperjenza…

Kultura

L-ismijiet tal-frontliners kollha Maltin fil-ġlieda kontra l-COVID-19 ġew inklużi fuq libsa ddisinjata lokalment, f’ġest kreattiv ta’ apprezzament lil dawk kollha involuti f’din il-ħidma, li għadha għaddejja. L-organizzatur tal-Malta Fashion Week…

Aktar