Lokali
ARA: Kif qed jinqala’ l-vapur inkaljat fil-Qawra?

Mitt jum mill-ġurnata mindu tanker żgħir registrat fit-Togo nkalja fuq il-blat qrib iż-żona Ta’ Fra Ben, fil-Qawra, beda x-xogħol biex it-tanker jinqala’ minn mal-blat. Dan wara li ħarġu l-permessi meħtieġa u l-awtoritajiet approvaw il-metodu kif se jitneħħa t-tanker.

Il-kuntratt intrebaħ mill-kumpanija Cassar Ship Repair li saret is-sid il-ġdid tat-tanker. Il-ħidma se ssir taħt għajnejn uffiċċjali mill-Awtorità tal-Ambjent u Transport Malta u mhix se titlesta f’ħakka t’għajn.

“Fl-10 ta’ Frar li għadda meta t-tanker ta’ warajja nkalja fuq il-blat, il-kaptan tiegħu Joynal Abedin kien qalilna li kienet kwistjoni ta’ ħames minuti kollox biex it-tanker spiċċa fuq il-blat. Illum li bdiet l-operazzjoni biex it-tanker jerġa jinqala minn mal-blat, din issa mistennija tieħu 35 ġurnata,” qal iċ-Chairman u Direttur Maniġerjali ta’ Cassar Ship Repair, Tony Cassar.

Cassar qal li l-ħidma se tkun mifruxa f’fażijiet differenti. Wara li diġa’ tbattal il-fjuwil li kien hemm abbord it-tanker, il-ħaddiema xorta jridu jieħdu ħsieb inaddfu l-ftit fjuwil li fadal fl-engine room u l-lega taż-żejt li tifforma fit-tankijiet wara li jkunu assiguraw li t-tankijiet kollha jkunu ħielsa mill-gass u mingħajr ebda periklu.

Wara, isiru t-tiswijiet ta’ toqob u tiċrit li t-tanker għandu fil-qiegħ qabel il-vapur jintrefa minn fuq il-blat u jitniżżel lura fil-baħar permezz ta’ inġenji speċjalizzati. “Mhux se nużaw krejnijiet, se nużaw inġenji tal-baħar biex nipproteġuh milli jinqaleb. Imbagħad hemm towing. Se nużaw it-tug boats u l-inġenji tagħna, u wkoll għandna support minn Tug Malta.”

It-tanker imbagħad mistenni jiġi rmunkat għat-tarzna tal-kuntrattur fil-Marsa sabiex jiġi evalwat. Hemmhekk jiġi deċiż id-destin tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 32 sena kien ikkundannat sentenza sospiża wara li nstab ħati li kien qed jisraq id-dawl minn substation tal-kumpanija GO f’Wied Rini, il-Baħrija. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat, Edward Dominic…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 45 sena.  Jidher li għal Dr Muscat kienet ġurnata normali ta’ xogħol, iżda li matulha xorta ċċelebra għeluq sninu. Ritratt li ttella’ mid-Deputat Prim…

Mużika

Ersaq fil-Qrib hija s-single il-ġdida tal-grupp Malti stabbilit The Travellers, b’filmat mużikali li juri familja tipprova tgħix minn jum għall-ieħor filwaqt li madwarha għaddej kunflitt. B’lirika tipikament bil-Malti, din id-diska…

Aktar