Ambjent
ARA: kif qiegħ il-baħar ħdejn Filfla mimli fdalijiet ta’ bombi

Grupp ta’ għaddasa li marru jogħdsu madwar Filfla baqgħu sorpriżi bl-ammont ta’ fdalijiet ta’ bombi li hemm f’qiegħ il-baħar ħdejn din il-gżira fin-naħa t’isfel ta’ Malta.

Matul is-snin il-militar Ingliż, kemm jekk bl-ajruplani kif ukoll jekk bil-vapuri tal-gwerra, uża Filfla biex jipprattika fuqha waqt l-eżerċizzji militari.

Illum s-sajd fl-inħawi ma jistax isir jekk mhux minn mil ‘il bogħod mill-gżira waqt li persuna trid tirreġistra biex togħdos ħdejha.

Wieħed mill-għaddasa, Raniero Borg, tella’ filmat tal-għadsa li għamlu huwa u sħabu fejn anke rrimarka li madwar Filfla “iktar hemm bombi milli ħut”.