Politika
ARA: Kif se jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija ġdid – il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar kif se jinħatar il-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija, b’metodu li fi kliemu hu aktar trasparenti mis-sistema ta’ bħalissa fejn il-ħatra ssir direttament mill-Prim Ministru.

Dr Abela qal li l-proċess se jinvolvi sejħa pubblika għall-applikanti, kif joħroġ mir-rakkomandazzjoni li għamlet il-Kummissjoni Venezja. Qal li s-sejħa se tkun miftuħa wkoll għal min mhux membru fil-korp, bi kriterji għal min hu eliġibbli mfassla mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Mill-applikanti, il-kummissjoni tagħżel dawk li jidhrilha huma l-aħjar tnejn. Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku hi ffurmata minn żewġ membri nominati mill-Prim Ministru, tnejn mill-Kap tal-Oppożizzjoni u Chairman li maħtur bi qbil bejn iż-żewġ naħat.

Il-Prim Ministru qal li imbgħad ikun imiss lilu li jagħżel dak li jħoss li jkun l-aħjar fost iż-żewġ kandidati.

“Il-Venice Commission tati d-dritt ta’ veto lil Prim Minsitru, li jista jirrifjuta dak li jibgħatlu il-kumitat u jien dan id-dritt lest inċedih. Dan il-pass qed nieħdu għax ma nixtieqx ngib sitwazzjoni li tikkuntrasta mal-Public Service Commission u il-kummisjoni tibgħat kandidat u il-Prim Minsitru jgħid le. U allura se tgħiduli li dan hu metodu rivoluzzjonarju saħansitra aktar oneruż, iġifieri iktar iebes minn dak li qaltilna inwettqu il-Venice Commisison.

Dr Abela qal li fl-aħħar stadju, il-persuna magħżula mill-Prim Ministru titressaq għall-iskrutinju tal-kumitat parlamentari għall-ħatriet pubbliċi magħmul minn membri tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni.

“Ix-xewqa tal-Prim Ministru, mhux se tkun finali imma se timxi quddiem dan il-kumitat li se jkun jista’ jagħmel grilling, l-istkrutinju u l-oppozizzjkoni se tkun tista taghmel id-domandi kollha li jidhrila xierqa u minn hemm jittieħed vot parlamentari.”

Qal li hu jagħti l-kelma tiegħu li l-kummissarju jkun serju u jitħalla jaghmel xogħlu mingħajr indħil.

Il-korp bħalissa qed jitmexxa minn Aġent Kummissarju, wara r-riżenja l-ġimgħa li għaddiet ta’ Lawrence Cutajar.

B’reazzjoni, l-Oppożizzjoni qalet li l-Prim Ministru jrid jibqa’ jagħżel il-Kummissarju waħdu. Fi stqarrija ffirmata mill-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, u sitt deputati oħra, huma qalu li dak li ħabbar il-Prim Ministru jikkonferm a li mhux lest li jkun hawn kunsens nazzjonali dwar min jinħatar Kummissajru ġdid tal-Pulizija. Żiedu li b’dak propost, l-iskrutinju fil-Parlament se jsir minn kumitat li fih il-gvern għandu maġġoranza u għalhekk kontroll effettiv, bl-għażla finali baqgħet f’idejh.

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru ma fehemx kemm hu urġenti li l-Korp tal-Pulizija jirbaħ mill-ġdid il-fiduċja tal-poplu u li biex iseħħ dan irid ikun hemm qbil fuq l-għażla ta’ Kummissarju ġdid.

Il-Prim Ministru Robert Abela jindirizza konferenza stampa

Il-Prim Ministru Robert Abela jindirizza konferenza stampa

Gepostet von MaltaGov am Dienstag, 21. Januar 2020

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Qorti

Aġġornat kontinwament Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan id-delitt. Fis-seduta tal-lum qiegħed jixhed Glenn Bedingfield….

Kultura

Huma ħafna l-Beltin involuti fil-Karnival: minn karristi . . . sa żeffiena . . . għal oħrajn involuti fl-organizazzjoni, b’ħafna mill-attivitajiet ewlenin organizzati minn għada sat-Tlieta li ġej fit-toroq ewlenin…

Aktar