COVID-19
Ara kif se jkunu qed jaħdmu l-pompi tal-petrol minħabba l-Coronavirus

Riżultat tal-kriżi li nħolqot bl-imxija tal-Covid-19 u minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, il-Kumitat tal-Pompi tal-Petrol fi ħdan il-Malta Chamber of SMEs qed jgħarraf lill-pubbliku li wara ftehim mal-Enemed mit-Tnejn 23 ta’ Marzu ‘l quddiem, il-pompi kollha f’Malta u Għawdex se joperaw bl-attendant sas-2pm.

Filwaqt li mis-2pm ‘il quddiem il-pompi se jibqgħu jaħdmu bis-sistema ta’ self-service bl-OPT biex b’hekk is-servizz jkun jista’ jibqa’ jingħata 24 siegħa kuljum.

Dan se jibqa’ fis-seħħ sakemm jinħareġ komunikat ieħor.