Lokali
ARA: Kif se ssir Manoel Island?

Il-proġett ta’ restawr tal-binjiet storiċi, il-ħarsien ambjentali u l-iżvilupp ta’ binjiet ġodda f’Manoel Island se jsir mill-MIDI taħt is-superviżjoni tal-fondazzjoni li għadha kif twaqqfet – The Manoel Island Foundation.

Din il-fondazzjni se tkun ippreseduta minn Dr Claire Bonello u l-membri Conrad Borg Manche’ (Sindku tal-Gżira), Ralph Mangion (Deputat Sindku tal-Gżira) u Mark Portelli (Kap Eżekuttiv tal-MIDI).

Ir-rwol tagħha huwa li tindokra x-xogħlijiet li se jsiru mill-kuntrattur li se jkunu jikkonsistu fir-restawr u l-iżvilupp tas-sit skont il-masterplan tal-proġett.

Ara hawnhekk kif se ssir Manoel Island ladarba jitlesta l-proġett.

Ara wkoll:

Il-wirt storiku u naturali ta’ Manoel Island se jiġi indukrat minn fondazzjoni ġdida

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Minn għadd ta’ knejjes ħarġu l-purċissjonijiet bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira. TVM żar il-Bażilika Kolleġġjata fl-Isla fejn segwa t-tħejjijiet li jsiru minn wara l-kwinti qabel ħarġet waħda mill-eqdem purċissjonijiiet li jsiru bħal-lum…

Stejjer Umani

Gesmond Micallef ilu għoxrin sena b’riskju għal ħajtu jmur idewwi nies midrubin serjament fil-gwerer. Ftit tal-jiem ilu, is-sur Micallef li huwa infermier ngħaqad ma’ tim mediku Franċiż biex idewwi nies…

Lokali

Għall-Knisja Kattolika l-qofol tat-tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Ġesù ntlaħaq kmieni l-Ġimgħa waranofsinhar fil-knejjes kollha, bir-rakkont tal-Passjoni skont l-Evanġelista San Ġwann, l-Adorazzjoni tas-Salib, u t-Tqarbin. Minn għadd ta’ knejjes imbagħad…

Aktar