Kultura
Ara kif se tiġi rrestawrata n-niċċa tar-Redentur f’Marsaxlokk

Niċċa bi statwa devota tar-Redentur, fit-triq għal Marsaxlokk, se tiġi restawrata. Ix-xogħol se jsir mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena.

Il-Perit Ivana Farrugia qalet li n-niċċa nbniet lejn tmiem is-seklu dsatax u fost l-interventi ta’ restawr se jsir tindif tal-ġebla minn ħmieġ li akkumula mas-snin u t-tneħħija ta’ wires li m’għandhomx jintużaw. Se jitkaħħlu l-fili miftuħa u l-apertura tal-faċċata se tinbidel għal waħda tal-injam bil-ħġieġ. Sakemm isir ir-restawr, l-istatwa tar-Redentur tneħħiet min-niċċa.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li din in-niċċa, minbarra l-wirt arkitettoniku, għandha valur emottiv kbir. Qal li dal-proġett ġie identifikat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk stess meta l-Gvern fetaħ skema ta’ restawr biex il-Kunsilli jipproponu proġetti ta’ restawr fil-lokalità tagħhom.

Dr Bonnici faħħar lill-ħaddiema tad-direttorat tar-restawr li qal bħalissa qed jaħdmu fuq 71 proġett differenti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar