TV u Radju
ARA: Kif ser tkompli l-istorja?

X’se jiġri mill-għada tal-ballu wara li Arturo qabad lil Bettina ma’ Diego?

Id-dramm l-Għarusa li xxandar fuq TVM, kellu suċċess kbir b’udjenza kbira ta’ kull ġimgħa ssegwi l-istorja kif se tiżvolġi.  L-istorja tal-għarusa ħallietna b’kurżità kbira f’April  li għadda u kulħadd qed jistenna fuq ix-xwiek kif ser tkompli f’Ottubru li ġej.

L-imħuħ wara l-Għarusa, Steven u Justin flimkien mat-tim tagħhom u l-kumpanija Sharp Shoot, għadejjin ġmielhom bil-ħidma tagħhom biex ikomplu jwasslu prodott ta’ kwalità bħal ma dejjem taw s’issa. Staqsejna lil Audrey Brincat Dalli kif ser tkompli l-istorja u t-tweġiba kienet li l-libsa se toffri misteru ġdid f’dan l-istaġun li jmiss. Barra minn hekk, ser jidħlu wkoll  xi karattri ġodda fl-istorja.

Bħalissa, l-ewwel staġun qed jintwera b’repetizzjoni kull nhar ta’ Ġimgħa fuq TVM fit-15:00.

Ma fadal xejn ħlief li nistennew sa Ottubru li ġej, sadanittant ara hawn tomgħa ta’ x’mistenni jiġri fl-episodji l-ġodda:-

 

Aħbarijiet Oħra
Attività

Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa għas-servizz pubbliku, matul il-ġurnata tal-Ħadd id-dipartiment tad-Dwana fetaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku f’Xatt Lascaris il-Belt. B’hekk il-pubbliku seta’ jara mill-qrib il-ħidma tal-uffiċjali tad-Dwana, li huwa dipartiment fi ħdan il-Ministeru…

Immigrazzjoni

Il-Forti Sant’ Anġlu, li għal medda ta’ snin kien l-għassies tal-kosta ta’ Malta, se jservi ta’ sfond għal-laqgħa tal-Ministri tal-Intern ta’ Malta, l-Italja, Franza u tal-Ġermanja, biex flimkien mal-Finlandja, li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li kemm bl-iżviluppi li qed isiru fl-infrastuttura, u anki bid-deċiżjonijiet għaqlin li ħa dwar il-prezzijiet taż-żejt, il-Gvern qed jipprepara lill-pajjiż għall-futur. Il-Prim Ministru ddikjara l-fiduċja…

Kronaka

Mara ta’ 55 sena sofriet ġrieħi gravi wara li hi u r-raġel tagħha ta’ 58 sena, ġew aggrediti fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu. TVM huwa infurmat li għall-ħabta tal-4.00am l-koppja Ingliża…

Aktar