Ikel
Ara: Kif tagħmilha l-bigilla?

Daqsxejn bigilla tajba ma’ xi kisra ħobż friska li tkun għadha ħierġa mill-forn, min ma taqagħlux żaqqu għaliha?

Sempliċi għall-aħħar. Ma tridx xi għerf ta’ barra minn hawn biex tagħmilha. Madanakollu, hija waħda mill-aktar ikliet sinjuri u tipiċi Maltin li tista’ tiekol.

Fl-imgħoddi kien jiġi biha l-bejjiegħ bil-ħmara. Illum, jgħaddi l-vann. Jew, għal min iħobb imidd idejh fil-kċina, dak li jkun jista’ jitħajjar jagħmilha hu stess.

X’għandek bżonn? Ibda biex, ful aħdar niexef, tewm, tursin, bżaru aħmar u żejt taż-żebbuġa.

U mbagħad? Kif tagħmilha? Kemm trid tħallih jixxarrab il-ful? Kemm trid tħallih fuq in-nar biex ma jirtablekx iżżejjed? Għal aktar tagħrif, ara l-filmat t’hawn taħt.

Jekk inti mħajjar li ssegwi aktar kontenut minn ‘Malti Pur’ tista’ tagħmel dan billi żżur dan is-sit: https://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/malti-pur/

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Għaliex jibjad ix-xagħar bl-inkwiet? Ix-xjentisti qalu li jinsabu viċin li jiskopru għala jseħħ dan il-fenomenu li jġiegħel lil ħafna jirrikorru għand il-barbier. L-istudju tax-xjentisti qed isir bl-iskop li tinstab soluzzjoni…

Ikel

Is-sempliċità li tant tikkaratterizzah serqet il-qlub ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Kajman, u jitkellem b’tali mod li jinftiehem minn kulħadd. Filwaqt, li jxammar il-kmiem, litteralment, u jmidd idejh fil-kċina…

Barranin

Mara li tilfet parti minn sieqha wara li ntlaqtet b’taxi fi New York, għamlet sieq prostetika minn basket ta’ Louis Vuitton. Sian Green-Lord, Brittanika minn Leicester, kienet miexja ma’ ħabibta…

Tradizzjonijiet

Iż-żmien itir u ma jistenna ‘l ħadd. Għal darb’oħra, il-Karnival reġa’ wara l-bieb. Liema jiem, huma kkaratterizzati minn briju, kostumi u karrijiet ta’ kull għamla, xi biċċtejn prinjolata, u lwien…

Aktar