Qorti
ARA: Kif taħdem is-sistema ta’ tnaqqis fis-sentenza għal min jgħin biex jissolva reat?

L-Avukat Lucio Sciriha spjega kif taħdem is-sistema li biha persuna li tkun akkużata b’reat tidħol fi ftehim biex titnaqqsilha s-sentenza jekk tiżvela dak li taf, anki fuq każi oħra.

Huwa mifhum li s-sistema, magħrufa bħala ‘plea bargaining’, intużat fil-każ ta’ Vince Muscat biex ingħata 15-il sena ħabs fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia waqt li rċieva proklama fuq il-qtil ta’ Carmel Chircop.

Dr Sciriha qal li f’każi bħal dawn ikun hemm diskussjoni bejn il-Pulizija u l-Avukat Ġenerali, flimkien mal-Avukat tad-Difiża, fejn ikun hemm termini ta’ ftehim fuq is-sentenza u l-informazzjoni li tista’ tingħata.

Huwa ċċara li l-Qorti xorta waħda ma tkunx marbuta b’dan il-ftehim, u tista’ tirrifjutah. Dan iżda ma seħħx fil-każ ta’ Vince Muscat.

Segwi hawn l-intervista sħiħa ma’ Dr Sciriha:

Ara wkoll:

ARA: Il-PM jgħid li l-proklama mogħtija lil Vince Muscat se tiġi ppubblikata