Kurżitajiet
ARA: Kif tgħabbi karozza ġo vann bla tbatija

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali qed jiġbed l-attenzjoni ta’ bosta għall-mod inġenjuż kif raġel irnexxielu jgħabbi karozza fuq vann.

Fil-filmat, li nġibed f’Ħal Qormi, raġel jidher qed jimbotta Peugeot żgħira għan-niżla. Huwa u nieżel jiċċekkja hux ġejjin karozzi, u meta jara li t-triq vojta, jibqa’ jimbotta sa tarfha.

It-triq hija maqsuma fi tnejn, b’parti mit-triq li tinsab f’diżlivell taħt it-triq l-oħra. Fit-triq ta’ taħt hemm vann ipparkjat, u rriversjat b’mod li l-kaxxa ġiet eżatt taħt it-triq l-oħra.

Ir-raġel jidher jimbotta bla ebda problemi l-karozza għal ġol-kaxxa tal-vann, li tibqa’ dieħla kexxun, bħal donnha kienet magħmula tal-qies.

Iżda bid-daqqa li tieħu l-karozza hekk kif tinżel ġol-kaxxa tal-vann, wieħed jista’ biss jittama li kienet fi triqtha lejn l-iscrapyard.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Annimali

Uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf. Il-membri kellhom magħhom Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u Kelb tal-Fenek, bit-tfal li…

Aktar