COVID-19
Ara kif tista’ tapplika biex tieħu t-tilqima għall-Covid-19

Mil-lum persuni ‘l fuq minn 50 sena jistgħu jibdew japplikaw biex jirċievu t-tilqima għall-Covid-19. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-aworitajiet tas-saħħa dalgħodu.

Ġie spjegat kif wieħed jista’ japplika online jew b’SMS. Ġaladarba wieħed japplika, immedjatament huwa jirċievi SMS biex jikkonferma li l-applikazzjoni waslet, u f’temp ta’ ftit jiem jintbagħat SMS ieħor bl-appuntament għat-tilqima.

Dawk li jixtiequ jieħdu t-tilqima f’Għawdex iridu jibgħatu SMS biex japplikaw fuq 99180044 u dawk li jixtiequ jeħduha Malta għandhom japplikaw fuq 99180045.

It-tilqim jista’ wkoll jingħata mit-tobba tal-familja fuq talba tal-persuna. Min jirreġistra mat-tabib tal-familja m’għandux jerġa’ jirreġistra għat-tilqima għal rasu.

Segwi fil-filmat il-proċess sħiħ ta’ kif għandek tapplika jekk għandek 50 sena jew iktar: