Internet
ARA: Kif tista’ taqla’ flejjes kbar bis-saħħa tal-YouTube?

Minn għada kull Malti li jagħmel videos u jtellgħahom fuq YouTube se jkun jista’ jidħol fi sħubija ma’ Google u jekk ikollu ħafna segwaċi u jilħaq ċertu kritierji jkun jista’ jirċievi ħlas.

Sa issa Malta kienet l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li ċ-ċittadini tagħha ma setgħux jissieħbu fil-YouTube Partner Program li esperti fil-qasam jemmnu li jista’ jkun forma ta’ niċċa ekonomika ġdida.

Għaxar snin minn meta YouTube beda jidħol fi sħubija ma’ min joħloq l-aktar kontenut li jattira udjenzi fuq din il-pjattaforma soċjali, il-Maltin m’għadomx esklużi minn din l-opportunità.

Il-YouTuber Henry Galea qal “għadni kif ħadt aħbar tajba ħafna li YouTube aċċettat lil Malta fil-YouTube Partner Program biex il-Maltin bħali li huma vloggers ukoll ikunu jistgħu jaqilgħu xi ħaġa tal-flus billi juploadjaw il-videos fuq YouTube”

Fabian Borg, fundatur ta’ ‘Creators Malta’ qal li Maltin kienu l-uniċi fl-Unjoni Ewropea li ma setgħux jissieħbu f’dan il-programm u argumenta li l-Maltin huma t-tielet l-aktar li jsegwu videos fl-Unjoni Ewropea u n-numri ma kienux żgħar.

Spjega li kull min għandu gmail account jista’ jkun eliġibbli għal YouTube Parnter Program.

“Kif tilħaq 1,000 subscribers u jkollok 4,000 watch hours, iċ-channel ta’ min ikun jista’ jkun eliġibbli biex jibda jkollu reklamar minn Google servut fuq il-videos tiegħu stess”

F’Malta hawn bosta Youtubers – kif jissejħu dawk li jagħmlu videos regolari fuq YouTube – li jaf ikunu eliġibbli u saħansitra jaqilgħu il-flus minn Google.

Grandayy li għandu żewġ miljun subscriber fiċ-channel tiegħu li fih joħloq memes hu smat li jista’ jirċievi eluf ta’ ewro fis-sena waqt li Stella Cini li toħloq videos dwar ix-xagħar u s-sbuħija, għandha 263,000 subscriber u skont il-website socialblade, kapaċi tirċievi sa €36,000 fis-sena.

Fi kliem Fabian Borg din tista’ toffri ħafna opportunitajiet finanzjarji u ekonomiċi għall-Maltin.

“Karriera ġdida għall-Maltin fejn jistgħu jispiraw biex ikunu jistgħu jilħqu content creators u fl-istess ħin minbarra l-individwi għandek ukoll għaqdiet volontarji li jekk jiffukaw fuq il-videos li jtellgħu fuq channels bħal YouTube dawn jistgħu jibdew idaħħlu introjtu”

Dan l-iżvilupp seħħ wara petizzjoni li saret sentejn ilu u ġiet iffirmata minn aktar minn sitt elef persuna fosthom l-Ewroparlamentari Maltin kollha, il-Prim Ministru Joseph Muscat u terz tal-membri Parlamentari Maltin.

Fi stqarrija, l-Ewroparlamentari Francis Zammit Dimech qal li sena ilu kellu taħditiet dwar dan ma’ rappreżentanti ta’ Google u kien ingħata garanziji li l-isfidi legali kienu se jingħelbu fi ftit xhur.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li jinsab soddisfatt li wara diskussjonijiet ma’ Google f’Malta, żgħażagħ Maltin se jkunu qed jitħallsu tal-produzzjonijiet li jagħmlu fuq YouTube bħal żgħażagħ oħra Ewropej.

Aktar dettalji dwar content creators wieħed jista’ jidħol hawn.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar