Kurżitajiet
Ara kif tista’ tirbaħ vjaġġ għal-Londra u tattendi għal Brit Awards

Opportunità unika li tirbaħ biljett għal-Londra biex tattendi għal Brit Awards.

Kulma għandek tagħmel ixxerred powster fuq Facebook u ssegwi l-programm Breakfast Cafe and Arthur’s Drive fuq il-Magic FM.

Min-nhar it-Tnejn li ġej se jibdew jiġu kkonfermati l-finalisti għall-premju l-kbir.

Carlo u Arthur se jkunu qed jgħarxu u jagħżlu 3 ismijiet kuljum minn dawk li jxerrduh. L-ewwel wieħed li jċemplu se jkun wieħed mill-finalisti.

Ir-rebbieħ se jqatta’ ġimgħa f’Londra u jattenda għal Brits Awards.

Fit-38 edizzjoni ta’ Brits Awards li se jsiru fil-21 ta’ Frar se jieħdu sehem Ed Sheeran-Stromzy-Dua Lipa-Foo Fighters u Sam Smith

Fost ir-rebbieħa li diġà ġew imħabbra hemm British Producer of the year-Steve Mac,Critics Choice-Jorja u Host-Jack hitehall Crowned ‘King of Comedy’.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Luke, huwa l-ewwel Malti li laħaq l-ewwel miljun abonat (subscriber) fuq YouTube. Skont l-aħħar statistika li ħarġet f’Jannar kull minuta jitilgħu 300 filmat fuq YouTube u kuljum in-nies jaraw mal-5…

Knisja Maltija

Sorpriża għad-Dinglin mal-ħruġ tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija. L-abbatini qattgħu l-btajjel tas-sajf jaħdmu fuq l-ewwel infjorata fuq iż-żuntier tal-Knisja Arċipritali, li minn fuqu għaddew ir-reffiegħa. Il-grupp tal-abbatini ta’ Ħad-Dingli sellem…

Ġurnali

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-ġurnali tal-lum, it-Tnejn, 20 ta’ Awwissu TIMES OF MALTA Times of Malta fir-raport ewlieni tiegħu jikkwota sorsi qrib il-Gvern li qalu li Malta qatt mhi…

Mużika

Malta ma kklassifikatx mal-ewwel sitta fil-Eurovision Young Musicians madankollu hija serqet il-qlub tal-Maltin. Bernice Sammut Attard daqqet il-pjanu f’Edinburgh nhar is-Sibt li għadda. Fil-Eurovision Young Musicians ħadu sehem 18-il pajjiż….

Aktar