Lifestyle
Ara: Kif tista’ tlaħħaq ma’ kollox?

Ħafna drabi mhux biżżejjed li tgħix taħt saqaf wieħed, iżda huwa daqstant ieħor importanti li żżomm relazzjoni tajba u b’saħħitha mal-għeżież tiegħek u ma’ dawk ta’ madwarek.

Madanakollu, iż-żmien itir u ma jistenna ‘l ħadd. U, issa li għaddiet sen’oħra, bosta minnha ssoktajna ngħaddsu rasna naħdmu, komplejna bl-impenji tagħna, u bil-mod il-mod dak li jkun reġa’ beda dieħel fir-rutina ta’ kuljum.

Minn ħin għall-ieħor, ilkoll kemm aħna nieħdu bosta deċiżjonijiet, sew jekk hux marbutin max-xogħol tagħna, jew b’rabta man-nies li nħabbtu wiċċna magħhom kuljum preċett.

Madanakollu, mhux dejjem kollox ward u żahar. Il-ħajja donnha saret mgħaġġla wisq, u jekk dak li jkun ma jirnexxilux iqassam il-ħin sew, bla ma jrid, jaf isibha diffiċli biex ilaħħaq ma’ kollox. B’hekk, nispiċċaw nagħtu prijorità lil xi ħaġa, u nitraskuraw oħra.

F’dan l-isfond, waqt ‘TVAM’, it-terapista tal-familja, Zvetlana Cassar, qalet li fost l-oħrajn in-nuqqas ta’ bilanċ huwa wieħed mill-elementi li jista’ jxekkel relazzjoni.

Is-Sinjura Cassar żiedet tgħid kif din id-diffikultà, b’mod speċjali, hija dovuta għall-fatt li qed ngħixu f’kultura fejn dak li jkun minn x’ħin jisbaħ jipprova jimla’ l-ġurnata kemm jista’ jkun. Madanakollu, hija spjegat kif kultant wieħed irid jifhem li ma jistax ikollu kollox, u li jrid ikun lest li jaddatta għaċ-ċirkostanzi u l-bidliet li jinbtu fl-andament tal-ħajja tagħna.

Aħbarijiet Oħra
Tradizzjonijiet

Dahri kienu jkunu bilqiegħda fuq xi banketta ħa taqa’ biċċiet biswit xi zuntier għall-frisk, libsin qmis bajda qoton, sidrija miftuħa beraħ, u beritta. F’idejhom, l-għannejja kien ikollhom kitarra, u bi…

Kurżitajiet

Il-Karnival tant mistenni, aktarx l-aktar miċ-ċkejknin, jinsab magħna. Madanakollu, lil hinn mill-bluha u x-xalar li jikkaratterizzaw xi ftit jew wisq dawn il-jiem ta’ briju, ‘Sibtek’ illum jissokta b’programm ieħor mimli…

Storja

Fost l-aktar destinazzjonijiet ta’ interess li jinsabu qrib tagħna, u li huma pjuttost imfittxija mill-Maltin, Sqallija. Liema gżira, tinsab tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minnha, u li tħaddan għadd ta’…

Tradizzjonijiet

Mis-sittinijiet ‘l hawn, l-intrata tal-Belt Valletta nbidlet ġmielu. Il-karozzi tal-linja l-antiki ma baqgħux magħna, Bieb il-Belt m’għadux hemm, u ż-żona nbidlet ta’ taħt fuq hekk kif kellha bżonn dawra restawr…

Aktar