Barranin
ARA: Klijent mhux mistenni jwerwer parrukkiera fi NY

Kamera tas-sigurtà f’ħanut tax-xagħar fi New York qabdet il-mument li ċerv faqa’ l-vetrina u daħal ġewwa.

Iċ-ċerv qabeż minn fuq ras mara li kienet qed tistenna fuq sufan biex tinqeda, u kompla jiġri ’l ġewwa fil-ħanut qalb it-twerżiq ta’ dawk preżenti.

Wara ftit sekondi ċ-ċerv reġa’ ġera ’l barra, u din id-darba pprova joħroġ mill-bieb tal-ħġieġ, li minkejja li qarraq bih għax kien magħluq, irnexxielu jiftħu u joħroġ.

Inċidenti bħal dawn qed isiru iktar komuni fi New York, hekk kif naqset il-kaċċa għaċ-ċerv waqt li kompla jinfirex il-bini. Għalhekk, il-popolazzjoni ta’ ċriev qed tiżdied waqt li l-ambjent naturali tagħhom qed jonqos.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-vittmi tal-Coronavirus madwar id-dinja telgħu għal 2,600, bl-Italja jsir l-aktar pajjiż affettwat barra l-Ażja tant li mill-inqas sitt persuni mietu u aktar minn mitejn instab li huma infettati bil-virus. L-Unjoni…

Barranin

Karozza nstaqet għal fuq il-folla waqt parata tal-karnival fil-belt Ġermaniża ta’ Volkmarsen. Tal-inqas għaxar persuni huma maħsuba li ndarbu. Kelliem għall-pulizija qalet li s-sewwieq qed jinżamm mill-pulizija. S’issa mhux ċar…

Barranin

Id-direttur ċelebri tal-films Harvey Weinstein instab ħati f’ġuri fuq żewġ atti tal-akkuża dwar abbuż sesswali fuq nisa. Weinstein li għandu 67 ma nstabx ħati iżda fuq l-iktar akkużi serji li…

Barranin

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja, Peter Pellegrini ħassar l-impenji kollha tiegħu wara li ħakmu deni ta’ żiemel u problemi fin-nifs. Iż-żmien fejn marad ma setax ikun agħar l-għaliex ġimgħa oħra mistennija l-elezzjoni…

Aktar