Ambjent
Ara: Kont taf li madwarna hawn aktar minn 11,000 speċi differenti?

Annimali tal-art u tal-baħar, għasafar, pjanti, siġar, u insetti. Minn kollox. Total, ta’ aktar minn 11,000 speċi differenti.

Minkejja ċ-ċokon tiegħu, l-arċipelagu Malti jħaddan importanza ekoloġika liema bħalha. Fil-fatt, il-gżejjer Maltin huma miżgħuda b’kull xorta ta’ speċi.

Liema biodiversità, bosta minnha, hija dovuta għall-fatt li l-gżejjer Maltin jinsabu fil-qalba tal-baħar Mediterran. F’dan l-isfond, bosta speċi sabu ruħhom fil-gżejjer tagħna billi mxew mal-kurrenti tal-baħar jew bir-riħ.

Fost l-oħrajn, hawn ‘il fuq minn 2,000 tip ta’ pjanti indiġeni, ‘il fuq minn 4,000 speċi tal-baħar, aktar minn 400 speċi t’għasafar, tmien rettili tal-art indiġeni, u anfibju ndiġenu wieħed, iż-żrinġ.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Id-dilettanti tal-festi ma qatgħux qalbhom mill-isfidi li qed toffrielna l-2020 u minkejja li għall-bidu deher li kien se jkollna sajf mneżża’ mill-brijju u l-ixxalar fit-toroq u l-pjazez madwar Malta u…

Internet

Minn Marzu ‘l hawn, ir-rutina ta’ bosta minna sfat milquta bħal leħħa ta’ berqa. Mil-lejl għan-nhar, fost l-oħrajn, bosta Maltin u Għawdxin spiċċaw jaħdmu mid-dar kif setgħu. Minkejja l-fatt li…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Ambjent

F’dawn l-aħħar jiem żewġt ifkieren tal-baħar telgħu jbidu fir-ramel fuq xtajta Maltin u Għawdxin. Fekruna minnhom, telgħet tbid fil-Bajja tal-Mixquqa. Liema bajja, in-nies tafha aħjar bħalha Golden Bay. Il-fekruna, xogħolha…

Aktar