Lokali
ARA: Koppja Maltija tinqabad fil-maltemp tat-tifun Hagibis fil-Ġappun

Koppja Maltija li qed tgawdi qamar il-għasel fil-Ġappun inqabdet fil-maltemp li ġab miegħu t-tifun Hagibis.

Steve u Maria Sciberras, ikkuntattjaw lil TVM, fejn qalulna li qed jistkennu f’lukanda f’Tokyo wara li ngħataw struzzjonijiet biex ma joħorġux ‘il barra sakemm jgħaddi kollox.

Il-koppja Sciberras qalet li esperjenzat riħ qawwi u xita qalila filwaqt li sabet il-ħwienet u s-stabbilimenti kollha magħluqin . Għalkemm il-maltemp tappnilhom xi ftit il-btala, huma beħsiebhom ikomplu bil-pjanijiet tagħhom li jduru mal-pajjiż ladarba jikkalma kollox.

Ix-xita qalila u r-riħ qawwi li laħaq il-225 km/h qed jolqtu xi partijiet tal-pajjiż tant li mas-7 miljuni ta’ persuni ġew imħeġġa jitilqu minn djarhom minħabba biża’ ta’ għargħar u valangi.

Dan it-tifun qed jitqies l-agħar wieħed li qatt laqat il-pajjiż f’dawn l-aħħar 60 sena.

Il-maltemp ġab lill-pajjiż għarkubbtejh hekk kif is-servizzi tat-trasport mhux qed jaħdmu u diversi titjiriet tħassru.

Bħalissa eluf ta’ partitarji jinsabu l-Ġappun biex isegwu r-Rugby World Cup 2019, iżda kien hemm xi logħob spiċċa tħassar kawża tal-maltemp qawwi li ħakem partijiet mill-pajjiż.

https://twitter.com/JRFUMedia/status/1182846004782977024

S’issa, raġel tilef ħajtu f’Chiba, viċin il-belt kapitali tal-pajjiż wara li r-riħ qawwi qalbitlu l-karozza li kien jinsab fiha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar