Barranin
ARA: Kukkudrill kbir itellaq ma’ speedboat fl-Awstralja

Sajjied fl-Awstralja kien qed jiġri bl-ispeedboat wara ħuta li rnexxielu jaqbad, iżda malajr sab kompetitur itellaqlu!

Robert Dunn qal li kien fi Bloomfield River fit-tramuntana ta’ Queensland, meta biswit id-dgħajsa tiegħu ra jgħum kukkudrill kbir.

Milli jidher dan il-kukkudrill huwa magħruf fl-inħawi, għax kellu tendenza jiekol il-klieb. Tommy the Tank, kif tlaqqam dan il-kukkudrill, huwa twil madwar 4.5 metri.

https://twitter.com/i/status/1303370165019717633