Reliġjon
Ara: “Kulħadd għandu piż x’iġorr, kun af li Ġesù lest li jġorru miegħek” – Fr Charles Tabone

Il-ħajja mimlija tlajja’ u nżul. Mhux dejjem kollox ward u żahar. Kulħadd għandu salib xi jġorr. Uħud jagħżlu li s-salib jissieltu miegħu u jġorruh b’kuraġġ liema bħalu; ħaddieħor, jaf din l-attitudni ma jafx iħaddanha kif ġieb u laħaq. Għalkemm, huwa minnu li mhux is-salib ta’ kulħadd huwa pariġġ.

Għat-tielet jum konsekuttiv, mill-Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu f’Tas-Sliema, ilbieraħ Fr Charles Tabone wassal sessjoni oħra t’eżerċizzi. Matulha, saħaq li kulħadd għandu piż x’iġorr.

F’dan l-isfond, Fr Tabone qal li fil-Vanġelu Ġesù Kristu jistidinna biex ilkoll nieħdu fuqna l-madmad tiegħu, bil-għan li jagħtina daqqa t’id fil-ġarr tal-piż.

Fr Tabone żied jgħid, li li ġġorr il-piż fil-ħajja mhuwiex diżunur; anzi, jgħallmek tgħożż il-valuri tal-ħajja bis-sħiħ. Qal, li huwa għalhekk li Ġesù għażel li ma jġorrx il-piż tagħna kollu kemm hu fuqu, il-għaliex jekk jagħmel hekk ma jkunx qed jirrispettak kif xieraq. Fr Tabone fisser li dan għandu jimlina bil-kuraġġ, hekk kif b’Ġesù miegħu, dak li jkun m’għandu għalfejn jibżà minn xejn. Lanqas mill-Covid-19.

L-EŻERĊIZZI TAT-TLIETA 31 TA’ MARZU:-

Ara: “Bħalma Ġesù ma ġġudikax ‘il Żakkew, hekk il-Knisja għandha tilqa’ lil kulħadd” – Fr Charles Tabone

L-EŻERĊIZZI TA’ TNEJN  30 TA’ MARZU:-

Ara: “Ta’ qsim il-qalb l-eluf imċaħħda minn mewta li tixraq lid-dinjità umana kawża tal-Covid-19” – Fr Charles Tabone

ERĠA’ SEGWI L-EŻERĊIZZI TAL-ERBGĦA 1 TA’ APRIL HAWN.

Aħbarijiet Oħra
Artiġjanat

Xtut l-arċipelagu Malti mdawra bi ġmiel ta’ baħar. Baħar, li anki jekk tħares lejh jew kemm kemm tinżel tixxarrab, jiffriskak u jagħtik is-saħħa. Lil xi wħud, iżda, il-baħar tahom u…

Kurżitajiet

Mara tqila f’Iowa, fl-Istati Uniti, marret tagħmel ultrasound għall-ewwel darba. Żewġha u binhom ċkejken baqgħu jistennewha fil-karozza, għax ma setgħux jidħlu magħha minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19. Meta l-mara ħarġet lura…

Aktar