Lokali
ARA: Kulħadd jgħid tiegħu fuq it-Tazza tad-Dinja mingħajr it-Taljani

It-Taljani f’Malta u l-Maltin li jappoġġjaw it-tim nazzjonali tal-futbol Taljan għadhom ma jistgħux jemmnu kif fost it-tnejn u tletin team li fis-Sajf li ġej se jmorru r-Russja għat-Tazza tad-Dinja, mhux se jkun hemm l-Italja.

Dan wara li l-bieraħ fil-logħba deċiżiva kontra l-Iżvezja, it-Taljani naqsu milli jdawru t-telfa ta’ wieħed b’xejn li sofrew tlett ijiem qabel.

It-Taljani li tkellimna magħhom qalulna li d-diżappunt tat-tim Taljan jirrifletti l-istat tal-football u l-pajjiż b’mod ġenerali, waqt li Maltin jinsabu mħassba mill-effett fuq il-kummerċ.

Għat-Taljani u d-dilettanti kollha tat-tim nazzjonali tal-football tal-Italja matul is-sajf li ġej m’hu se jkun hemm l-ebda ‘iljieli maġiċi’ mimlija qtigħ il-qalb waqt li jinġabru quddiem it-televiżjoni biex isegwu l-akbar avveniment tal-football li jsir kull erba’ snin, it-Tazza tad-Dinja.

Minbarra fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fl-1930, kien biss sittin sena ilu li t-Taljani ma kkwalifikawx għat-tazza tad-dinja.

Iltqajna ma’ erba’ Taljani li wrew id-dieqa u d-diżappunt tagħhom li t-tim nazzjonali ta’ pajjiżhom mhux se jikkompeti fit-Tazza tad-Dinja.

Il-footballer Clayton Failla – li lagħab darbtejn kontra l-Italja – ddeskriva bħala telfa kbira li l-Italja mhux se jieħdu sehem imma stqarr li l-wirjiet tat-tim taljan fl-aħħar xhur ma kienux ta’ livell.

Il-captain u leġġenda tal-football Taljan, Gianluigi Buffon temm qabel mistenni l-palk internazzjonali tal-football u c-ċelebrazzjoni tar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja ħdax-il sena ilu jibqgħu fil-memorja tiegħu u ħafna dilettanti oħrajn fl-aħħar okkażjoni li l-football Taljan kien fil-quċċata tad-dinja.

Ara x’kellhom xi jgħidu Maltin u Taljani fil-filmat:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2018: THE MALTA INDEPENDENT jirrapporta li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna lbieraħ esprima l-fiduċja tiegħu fil-ħaddiema tal-Financial Intelligence Analysis…

Lokali

Il-Parlament ta l-approvazzjoni finali għall-emendi fil-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijun li ghaddew b’34 vot favur u 27 vot kontra. Qabel ittieħed il-vot, il-Whip tal-Gvern informa lill-Kamra li tliet deputati tal-Gvern kienu…

Lokali

Wieħed mill-istilisti magħrufa tal-kantanta internazzjonali Lady Gaga, l-istilist mill-Kroazja, Matija Cop li nġieb Malta f’attività edukattiva għall-istudenti tal-MCAST mill-Fondazzjoni, Malta Chamber of Fashion. F’Malta wieħed mill-istilisti li taħdem miegħu l-kantanta…

Lokali

Mara ta’ 58 sena qaltilna li ilha priġuniera ġo darha għal dawn l-aħħar 9 snin għax minħabba mard ma tiflaħx tinżel żewġ sulari taraġ. Il-mara, Rita Gatt hija armla b’erbat’…

Aktar