Lokali
Ara: Kyle bis-soundtrack ta’ ‘Batman’ tad-disgħinijiet

Wara Sam Smith u Rick Astley, Kyle, illejla, b’artist ieħor Ingliż, Seal.

Il-ġuvni Malti għadu kemm kanta “Kiss from a Rose”. Liema kanzunetta ntużat bħala soundtrack għall-film ‘Batman Forever’, li ħareġ fl-1995, u li huwa t-tielet film mis-saga tas-super eroj. Fost l-atturi prinċipali tal-film, Jim Carrey, Nicole Kidman, u Tommy Lee Jones.

F’dawn il-jiem, Kyle stqarr li dan is-single ta’ Seal huwa għal qalbu mmens. U, bla dubju, dan xehdu l-leħen sod u konvinċenti ta’ Kyle llejla.

Tista’ tivvota għal Kyle fuq 5061 4407.

Kyle | X Factor Malta Season 02 | Live Show 3

There’s so much a man can tell you! 🎤Is this the voice we’ve all been waiting for? PROSIT!Kyle📱SMS on 50614407📺https://www.youtube.com/c/XFactorMaltaCLIP BROUGHT TO YOU BY GasanMamo Insurance#XFactorMalta #EverybodyIsWatching

Gepostet von X Factor Malta am Sonntag, 26. Januar 2020

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħaddiem fil-ħanut ta’ Piscopo Cash and Carry ħareġ pożittiv għall-Coronavirus. Huwa ħadem l-aħħar fis-6 ta’ April F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Supretendent tas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci qalet li dawk il-persuni li marru fil-ħanut Piscopo Cash…

COVID-19

Illum ġew ikkonfermati 38 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta. Dan tħabbar mis-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum. B’kollox issa l-każijiet telgħu għal 337. Hija qalet li lbieraħ saru…

Avjazzjoni

Il-Gozo Tourism Authority qed tappella biex ma jittieħdux deċiżjonijiet mgħaġġla f’dak li għandu x’jaqsam mal-aħbar li jaf jitnaqqsu l-ħaddiema tal-Air Malta fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19. Filwaqt li tifhem il-preokkupazzjonijiet tal-kumpanija u…

Lokali

Il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar ir-rebbieħa għat-tielet edizzjoni tal-Premju għall-Arti, il-premju nazzjonali li jiċċelebra l-kisbiet tas-setturi kulturali u kreattivi. F’dawn iż-żminijiet straordinarji li qed ngħixu fihom minħaba l-imxija tal-COVID-19, iċ-ċerimonja tal-għotja…

Aktar