Lokali
Ara: Kyle b’kanzunetta Ingliża għal darb’oħra

Minn Ingliż għal ieħor. Matul l-ewwel Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ tal-Ħadd li għadda, Kyle rnexxielu jisraq il-qlub tal-udjenza b’waħda mis-soundtracks ta’ James Bond, il-kanzunetta “Writing’s on the Wall” ta’ Sam Smith.

U, illejla, għat-tieni Live Show, bit-tama li jirnexxilu jagħti prestazzjoni daqstant ieħor ta’ stoffa, Kyle għadu kemm saħħar l-eluf li ħonqu l-MFCC bil-kanzunetta “Never Gonna Give You Up” tal-kantant Ingliż Rick Astley.

Tista’ tivvota għal Kyle fuq 50614408.

Kyle | X Factor Malta Season 02 | Live Show 2

We’re never gonna give you up, Kyle! 👊👊👊👊KYŁE📱SMS on 50614408📺https://www.youtube.com/c/XFactorMalta#XFactorMalta #EverybodyIsWatching

Gepostet von X Factor Malta am Sonntag, 19. Januar 2020

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Sport Malta ħarġet sensiela ta’ filmati, Be Active at Home, biex tippromovi l-eżerċizzju fiżiku fid-djar. F’konferenza tal-aħbarijiet virtwali, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, Clifton Grima qal li f’dawn…

COVID-19

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li r-residenti kollha fiċ-ċentri miftuħa għandhom jiġu ttestjati għall-Coronavirus. F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Delia qal li għandu jsir iżolament tal-persuni li nstabu bil-Covid-19…

Politika

Xahar wara l-mewt ta’ Miriam Pace li sfat mirduma ħajja fid-dar tagħha fil-Ħamrun, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ressqet mozzjoni li titlob lill-Prim Ministru jaħtar bord ta’ inkjesta pubblika indipendenti biex fi żmien…

Lokali

Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) li jaqa’ taħt is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali qal li Malta wettqet pass ieħor lejn Politika Nazzjonali ta’ Aċċess Miftuħ. Fi stqarrija…

Aktar