Edukazzjoni
ARA: L-aħħar għawma qabel l-iskola?

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti.

Mal-wieħed u għoxrin ta’ Settembru jibda l-istaġun tal-Ħarifa u ftit wara tibda sena skolastika ġdida.

U minkejja li hemm min iħobbha u oħrajn li jobgħoduha, għat-tfal u l-ġenituri, r-rutina ta’ Settembru, terġa’ tibda ddur mal-iskola u l-privatijiet.

Uħud mit-tfal li tkellimna magħhom qalu li minkejja li kellhom l-vaganzi, minn jeddhom xorta għamlu l-qari u xi xogħol ta’ reviżjoni matul ix-xhur tas-Sajf.

Għall-eluf ta’ studenti l-iskejjel jibdew mit-Tnejn 23 ta’ Settembru.

Ara x’qalu l-ġenituri u t-tfal:

Aħbarijiet Oħra
Enerġija

Fil-budget, il-Gvern ħabbar li se jagħti għotja ta 25%, sa massimu ta’ €1,000, biex jinxtraw batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli. Għal din l-għotja se jkunu eliġibbli l-familji li għandhom pannelli tax-xemx…

Lokali

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza tal-ġeneru kklassifika lil Malta fil-ħmistax il-post, kważi nofs triq fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. L-indiċi jkejjel diversi fatturi li jiddeterminaw il-kwalità ta’ ħajja tan-nisa f’pajjiżi Ewropej, mix-xogħol,…

Sajd

Ċifri għall-2017 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-industrija tat-tonn f’Malta ipproduċiet 13,000 tunnellata ta’ tonn, b’valur ta’ kważi €170 miljun li 90% minnu ġie esportat lejn il-Ġappun. Il-Federazzjoni Maltija…

Ambjent

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni ppreżentaw mozzjonijiet kontrastanti dwar l-emerġenza fil-klima bil-mozzjoni tal-Gvern temenda dik tal-Oppożizzjoni li trid li jitwaqqaf kumitat parlamentari li jkollu s-setgħa jaħtar superintendent biex jiżġura li Malta tilħaq…

Aktar