Eurovision
ARA: L-aħħar messaġġ ta’ Michela qabel tkanta llejla fil-Eurovision

Hekk kif niżlet minn fuq il-palk wara l-aħħar prova tagħha qabel illejla tirrappreżenta lil Malta fil-finali tal-Eurovision, Michela għaddiet messaġġ finanli lill-poplu Malti.

Michela, li se tkun qed tkanta l-kanzunetta Chameleon fl-ewwel post, qalet li qed tħossha eċitata li se tkun proprju hi li se tiftaħ dan il-konkors segwit minn miljuni ta’ spettaturi.

Qalet li hi u t-tim tagħha jinsabu lesti biex jagħtu l-100% tagħhom wara li ilhom ħafna jippreparaw. Hija appellat ukoll lil min għandu qraba jew ħbieb barra minn Malta, biex iħeġġihom jivvutaw għal pajjiżna.

Ix-xandira diretta tibda fid-9.00pm fuq TVM u tvm.com.mt.

Ara wkoll:

Tgħix barra minn Malta u tixtieq tivvota lil Michela llejla?

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Matul il-maratona ta’ 60 siegħa futbol u volleyball inġabru €1,688,209 b’risq Puttinu Cares. Kienu bosta li matul tmiem il-ġimgħa li għadda marru sal-Marsa Sports Ground, b’uħud ipparteċipaw f’xi logħba u…

Kisbiet

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu. Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce….

Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Aktar