Annimali
Ara l-annimali jitbierku fil-Festa ta’ Sant Anton Abbati

Vjal Santu Wistin biswit il-knisja ta’ San Mark fir-Rabat kien miżgħud bl-annimali hekk kif tfal u adulti ħadu sehem fiċ-ċerimonja tradizzjonali tat-tberik tal-annimali fl-okkażjoni tal-festa ta’ Sant Anton Abbati, il-protettur tal-annimali.

Minn annimali domestiċi bħal klieb u qtates, għal frieken, kamalejonte, żwiemel u saħansitra gidi ħadu sehem fiċ-ċerimonja tat-tberik li hija tradizzjoni li tmur lura għal żmien il-kavallieri meta l-granmastru kien jibgħat il-bhejjem biex jitbierku.

Iċ-ċerimonja tat-tberik tal-annimali bdiet bil-quddiesa solenni segwita minn purċissjoni bl-istatwa devota ta’ Sant Anton Abbati li kienet segwita minn żwiemel, ħmir u ponijiet, ħafna minnhom mżejjna bil-kukardi u armar ieħor għall-okkażjoni.

Il-ġemgħa kienet akkumpanjata mid-daqq tal-marċi tal-Banda L’Isle Adam tar-Rabat hekk kif għaddiet minn Triq Santu Wistin, Is-Saqqajja, Misraħ Mario Testaferrata u Vjal Santu Wistin.

Iċ-ċerimonja laħqet il-qofol tagħha meta l-annimali tbierku mill-Prijol Provinċjali tal-Agostinjani Leslie Gatt li talab l-interċessjoni tal-qaddis Padrun tal-annimali biex iħarishom mill-jasar u jżomm għajnejh fuqhom.

Sant Anton kellu affinità kbira mal-annimali minħabba li għex ħajja ddedikata lill-Alla bħala eremita fid-deżert, fejn kien ibierek l-annimali li jiltaqa’ magħhom. Il-patrijiet Agostinjani tul iż-żminijiet żammew din it-tradizzjoni ħajja.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar