Reliġjon
ARA: L-Arċisqof Scicluna jindirizza summit fil-Vatikan dwar l-abbuż tat-tfal

Fil-ftuħ ta’ summit dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal mill-membri tal-kleru, il-Papa Franġisku appella lill-Isqfijiet biex jisimgħu l-karba għall-ġustizzja u qal jridu azzjonijiet konkreti u mhux kundanni. Il-konferenza ta’ erbat ijiem fil-Vatikan qed tlaqqa’ isqfijiet, uffiċjali tal-Vatikan, esperti u kapijiet irġiel u nisa ta’ ordnijiet reliġjużi.

Quddiem mal-190 dinjitarju tal-knisja fis-summit storiku fil-Vatikan dwar il-protezzjoni tal-minuri fil-Knisja, il-kardinal Luis Tagle tal-Filippini deher emmozzjonat meta kien qed jitkellem dwar l-iskandli ta’ abbuż li qed tħabbat wiċċha magħhom il-Knisja bħalissa.

“The wounds of the recent crisis carried a memory of innocents suffering, but they also carried the memory of our weakness and sinfulness. If we want to be agents of healing let us not reject any tendency that this part of worldly thinking that refuses to see and touch the wounds of others which are Christ’s wounds in the wounded people.”

Mument ieħor sinifikanti fl-ewwel jum tas-summit, kienet il-laqgħa tal-Papa Franġisku ma’ membri tal-għaqda mhux governattiva Pollakka bl-isem “La Tibżax”. Il-Papa bies idejn il-mexxej tal-organizzazzjoni Marek Lisinski li kellu tlettax-il sena meta kien abbużat minn qassis. Illum huwa mexxej ta’ għaqda li tgħin vittmi ta’ abbuż sesswali minn membri tal-kleru. Lisinski mar Ruma biex jagħti lill-Papa rapport dwar kif l-isqfijiet Pollakki għalqu għajnejhom għal każi ta’ pedofelija.

Fil-bidu tas-summit, il-Papa Franġisku talab biex dan il-ħażen jinbidel f’opportunità ta’ għarfien u purifikazzjoni. Huwa talab lill-isqfijiet biex jisimgħu l-karba għall-ġustizzja. Il-Papa qal li l-vittmi tal-abbuż sesswali jistennew pazzi konkreti u mhux biss kundanna.

“Il santo Popolo di Dio ci guarda e attende da noi non semplici e scontate condanne, ma misure concrete ed efficaci da predisporre. Ci vuole concretezza.”

Fil-ftuħ tal-laqgħa, l-Arċisqof Charles Scicluna, li kien jokkupa l-kariga ta’ prosekutur tal-Vatikan f’każijiet ta’ abbuż mit-tfal, qal li hu d-dover tal-isqfijiet li jipproteġu lin-nies u li jiżguraw ġustizzja. Monsinjur Scicluna appella lill-isqfijiet biex jirrappurtaw każi ta’ abbużi sesswali.

Żied li l-protokolli stabbiliti għandhom jiġu rispettati u li l-liġijiet ċivili għandhom jiġu segwiti.  Saħaq li kull allegazzjoni għandha tiġi investigata u li l-investigazzjoni għandha tiġi konkluża mingħajr dewmien żejjed.

Uħud mill-gruppi tal-vittmi sejħu das-summit bħala eżerċizzju biex il-Knisja tnaddaf l-immaġini tagħha wara aktar minn tletin sena ta’ skandli ta’ abbuż minn membri tal-kleru.

Ara wkoll:

Il-Knisja b’summit dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar