Għawdex
ARA: L-atmosfera maġika fiċ-Ċittadella waqt ‘Lejl Imkebbes’

Aktar minn 30,000 xemgħa tard is-Sibt filgħaxija ħolqu atmosfera maġika fiċ-Ċittadella, f’Għawdex . . . waqt l-attività msejħa ‘Lejl Imkebbes’.

Spikkaw l-aktar disinji kbar magħmulin bix-xemgħat f’partijiet differenti taċ-Ċittadella fosthom tal-arma tar-repubblika ta’ Malta, tas-salib ta’ Malta u ieħor kbir fil-wesgħa ta’ quddiem il-Katidral li rrappreżenta l-logo tal-attività.

Wara r-riħ tal-aħħar jiem, it-temp ippermetta u mijiet ta’ nies attendew għal din l-attività. Il-mużewijiet taċ-Ċittadella kienu miftuħa għall-pubbliku mingħajr ħlas. Il-lejla kienet karatterizzata wkoll minn spettaklu mużikali u diversi rappreżentazzjonijiet storiċi.

 

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi dwar riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-10pm u terġa tiġġedded…

Mużika

Malcolm Pisani nieda s-single ġdida bl-isem ‘RISE’, kanzunetta li hi ddedikata lill-Fondazzjoni Rise. B’din il-kanzunetta, Malcolm jixtieq iwassal messaġġ li jekk fil-ħajja tħossok imkisser u bla tama, m’għandekx taqta’ qalbek….

Qorti

Steven Jones ta’ 50 sena mir-Renju Unit tressaq il-Qorti akkużat li fit-23 ta’ Mejju għamel danni fuq il-proprjetà privata f’San Ġiljan waqt li kien fis-sakra. Huwa ammetta l-akkużi u ngħata…

Lokali

7 sigaħt ilu fetħu l-postijiet tal-votazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Matul dan il-ħin kienu diversi li marru jivvutaw fosthom il-President George Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni…

Aktar