Barranin
ARA: L-ewwel diskors ta’ Joe Biden bħala President tal-Istati Uniti

L-Istati Uniti għandhom President ġdid; Joe Biden, li fid-diskors inawgurali appella lill-Amerikani jiffaċċjaw b’kuraġġ u bi front magħqud l-isfidi li għandhom quddiemhom l-Istati Uniti.

Iċ-ċerimonja inawgurali tas-46 President tal-Istati Uniti saret fi sfond ta’ sigurtà stretta u fid-dell tan-nuqqas tal-President Donald Trump, li baqa’ jippersisti sal-aħħar u jirrifjuta li jikkonċedi t-telfa elettorali.

Joe Biden ħa l-ġurament tal-ħatra f’ċerimonja ddominata mid-distanza soċjali. Minflok l-udjenza tqiegħdu mal-200,000 bandiera, kemm minħabba l-pandemija tal-COVID-19 kif ukoll minħabba t-theddid u l-possibiltà ta’ attakk terrostiku wara l-vjolenza fil-bini tal-Capitol.

Joe Biden, li għandu 78 sena, huwa l-iktar President anzjan fl-istorja tal-Istati Uniti li nħatar President tal-Istati Uniti.

Fid-diskors inawgurali tiegħu il-President Biden sejjaħ il-ġurnata tal-lum bħala Jum id-Demokrazija għax twettqet ir-rieda tal-poplu. Qal li fl-istess post fejn ftit tal-jiem ilu sar assedju kontra d-demokrazija, illum intwera li fl-aħħar mill-aħħar id-demokrazija tirbaħ.

“Here we stand, just days after a rioters mob felt they could use violence to silence the will of the people, to stop the work of our democracy, to drive us from this sacred ground. It did not happen, it will never happen, not today, not tomorrow, not ever.”

Il-President Biden appella lil poplu tal-Istati Uniti biex jingħaqad biex ikunu jista’ jegħleb id-diversi sfidi li qiegħed jiffaċċja.

“We face an attack on our democracy and on truth, a raging virus, growing inequity a sting of systematic racism, a climate in crisis, America’s role in the world, any one of these may be enough to challenge us in profound ways, but the fact is we face them all at once, presenting this nation with one of the gravest responsibilities we ever had. Now we are going to be tested, are we going to step up? It’s time for boldness.”

Iċ-ċerimonja tista’ titqies waħda storika għall-Istati Uniti minħabba li bil-ġurament li ħadet, Kamala Harris saret l-ewwel mara li ser tokkuppa l-kariga ta’ Viċi President fl-Istati Uniti

Minflok il-President Trump, attenda l-Viċi President Mike Pence. Għaċ-ċerimonja kien hemm preżenti wkoll qraba tal-President Trump.

Iċ-ċerimonja kienet ikkaraterizzata minn sigurtà akbar mis-soltu, b’partijiet sħaħ miċ-ċentru ta’ Washington magħluqa.

Ara wkoll:

Joe Biden beda jirtira deċiżjonijiet meħuda minn Donald Trump