Barranin
ARA: L-ewwel jum tal-iskola għall-Prinċipessa Charlotte

Bdiet idduq ir-rutina skolastika wkoll il-Prinċipessa Chalotte, bint il-Prinċep William u martu Kate.  It-tifla, li għanda sentejn, marret għall-ewwel ġurnata tal-iskola lbieraħ.  Bi tbissima u b’ħarsa makakka, Charlotte marret l-iskola liebsa kowt aħmar, kif ukoll xalla u basket roża.

Ommha ħaditilha xi ritratti hija u ħierġa mid-dar, il-Palazz ta’ Kensington fil-qalba ta’ Londra, biex żgur iżżomm rikordju ta’ dan il-jum memorabbli.  Kate rat li ma titlifx din l-ewwel ġurnata tal-iskola għal Charlotte bħalma ġralha meta 4 xhur ilu beda jmur l-iskola binha George f’Westacre Montessori f’Norfolk għax kienet ma tiflaħx minħabba t-tqala.

Charlotte qed tattendi f’Willcocks Nursery School f’Londra u se tiswa lill-koppja rjali mat-£3,000 għal kull term jekk tmur l-iskola matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu u £1,800 għat-tfal li jmorru wara nofsinhar.  Jidher li Charlotte se tqatta’ l-ġurnata kollha l-iskola li tinsab tefa’ ta’ ġebla biss bogħod mill-Palazz Kensington.  L-iskola tinsab f’sala tal-knisja u għandha reputazzjoni bħala fost l-aħjar fir-Renju Unit.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mat-tokki ta’ nofsinhar fl-Amerika sena ilu Donald Trump ġie maħtur President tal-Istati Uniti. Proprju sena ilu Donald Trump inħatar l-45 Presiden tal-Istati Uniti wara Barack Obama. Huwa rebaħ bl-għajta “Make…

Barranin

11-il persuna mietu u 46 indarbu wara li xarabank ħabat fiċ-ċentru tal-provinċja Eskisehir fit-Turkija. L-inċident seħħ waqt li x-xarabank kien qed isuq bil-lejl minn Ankara għal Uluday qrib Bursa. Jidher…

Barranin

Għalkemm hija ħaġa komuni li nieħdu xi puncture jew inkella jinżlilna t-tyre, din ix-xena mhix daqshekk komuni li narawha f’xi żjara Statali jew tal-Papa. Waqt li l-Papa Franġisku kien qed…

Barranin

Il-Gvern Amerikan beda x-shutdown federali wara li s-Senat ma għaddhiex il-Budget. Dan se jwassal biex il-ħaddiema fid-dipartimenti tal-Gvern joħorġu bil-leave. L-aħħar shudown tal-Gvern kien fl-2013 u dam 16-ġurnata. Madankollu din hija…

Aktar