Barranin
ARA: L-ewwel karozza tinstaq fuq il-pont ta’ Genova li ġġarraf sentejn ilu

Għall-ewwel darba karozza nstaqet fuq il-pont il-ġdid ta’ Genova, li ħa post dak li ġġarraf fl-14 t’ Awwissu ta’ sentejn ilu, li fih kienu mietu tlieta u erbgħin persuna.

Minn Jannar tas-sena li għaddiet, mijiet ta’ ħaddiema ħadmu lejl u nhar biex jibnu l-istruttura ġdida ta’ ftit aktar minn elf metru ddisinjata mill-Perit Renzo Piano li huwa mill-istess belt fin-naħa ta’ fuq tal-Italja.

L-aħħar parti tal-pont il-ġdid tpoġġiet f’April li għadda, bil-proġett li jgħaqqad l-Italja, Franza u Spanja, għandu jkun lest u jiġi inawgurat f’ħames ġimgħat oħra.