Politika
Ara l-ewwel kummenti tal-eks membri tal-kabinett Agius Decelis u Mizzi

Fl-ewwel kummenti li taw l-eks membri tal-kabinett Joe Mizzi u Anthony Agius Decelis wara li kienu infurmati li mhumiex se jiffurmaw parti mit-tim ta’ ministri u segretarji parlamentari tal-Prim Ministru Robert Abela, it-tnejn qalu li se jkunu qed ikomplu l-ħidma tagħhom f’oqsma differenti.

Joe Mizzi qal li se jkompli jiġġieled għall-Kottonera u n-naħa t’isfel ta’ Malta, u li tenna li kif dejjem għamel xogħlu meta serva bħala Ministru, l-istess se jagħmel issa bħala deputat.

Qal ukoll li għandu fi ħsiebu li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li ġejja.

Minn naħa tiegħu Anthony Agius Decelis qal li l-Prim Ministru Robert Abela għandu għadd ta’ proġetti f’moħħu, u li hu se jkun qed jagħti kontribut biex jitwettqu dawn il-proġetti. Saħaq li se jkun spalla ma’ spalla mal-Prim Ministru u se jkompli jiffoka biex jitwettaq il-manifest elettorali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qed jikkontesta r-ruling tal-Ispeaker Anġlu Farrugia li sab Prima Facie każ ta’ ksur ta’ privileġġ wara li Dr Azzopardi akkuża lid-Deputat Chris Cardona li huwa korrott…

Televiżjoni u Radju

Permezz ta’ ċifri preċiżi mis-sistema teknoloġika tal-Melita u kkonfermati mill-istatistiku Dr Vincent Marmara, dan ix-xahar, Television Malta laħaq udjenzi ferm akbar mis-soltu fost oħrajn bix-xandiriet diretti tal-avveniment politiċi mtella’ miċ-ċentru…

Saħħa

X’għandek tagħmel jekk sejjer jew tinsab iċ-Ċina bħalissa fejn faqqa’ l-mikrobu perikoluż tal-coronavirus? Id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qal li wieħed għandu jevita r-rasses u postijiet fejn hemm xi annimali mejta bħal…

Kronaka

Ilbieraħ filgħaxija, post li ilu abbandunat żmien twil f’Tas-Sliema ħa n-nar. L-inċident seħħ fi Triq Camenzuli kantuniera ma’ Triq Sant’Enriku f’Tas-Sliema. Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni…

Aktar