Barranin
Ara l-ewwel xena mir-robot li niżel fuq Mars

Fuq il-pjaneta Mars tniżżel robot ġdid, wara li l-aġenzija spazjali Amerikana NASA rnexxielha tniżżel dan ir-robot bl-isem ta’ Perseverance.

Kelliem għan-NASA qal li r-robot tniżżel mingħajr ma sarlu ebda ħsarat u li se jaqdi l-funzjoni tiegħu. Wara li r-robot tniżżel, kien hemm ewforija ta’ ferħ mit-tim li kien responsabbli għal dan il-proġett.

U hekk kif ir-rover beda jdur fuq Mars, ix-xjentisti jinsabu fuq ix-xwiek biex jibdew jirċievu l-ewwel ritratti ta’ din l-espedizzjoni. Ir-ritratti ppubblikati s’issa huma dawk tal-inżul tar-robot fuq Mars meħuda mill-filmati tal-kameras li għandu mqabbda miegħu.

Ir-robot, li huwa vettura spazjali b’sitt roti li jissejjaħ rover, se jitħalla fuq il-pjaneta għas-sentejn li ġejjin biex jistħarreġ jekk hemmx xi evidenza ta’ ħajja fil-passat fuq din il-pjaneta.

Ix-xjentisti jaħsbu li fuq din il-pjaneta Mars, biljuni ta’ snin ilu, kien hemm għadira kbira. U la jemmnu li kien hemm l-ilma, ix-xjentisti jaħsbu li kien hemm xi forma ta’ ħajja wkoll.

Ara fil-filmat il-proċedura ta’ nżul tar-robot fuq Mars: