Lokali
ARA: L-għaddas Finlandiż ibbażat Malta fost it-tim li salva lit-tfal mill-għerien fit-Tajlandja

L-għaddas Finlandiż ibbażat Malta Miiko Paasi jesprimi sodisfazzjon għas-salvataġġ b’suċċess tat-12-il tifel u l-kowċ fl-għerien Tajlandiżi.

Paasi kiteb fuq is-siti soċjali xejjen l-ispekulazzjonijiet li ma tistax issir l-operazzjoni ta’ salvataġġ u qal li mhux talli ma saritx talli ntemmet hekk kif it-13-il persuna nvoluti f’dan il-każ inħarġu mill-għerien qawwijin u sħaħ.

12-il tifel u l-kowċ tagħhom inqabdu fl-għerien ta’ Chiang Rai meta daħlu fihom fi tmiem sessjoni ta’ taħriġ tal-futbol u spiċċaw maqbuda fihom kawża tax-xita li għamlet bil-konsegwenza li għarrqet l-għerien.

L-operazzjoni ta’ salvataġġ bdiet il-Ħadd u ntemmet illum.  Minbarra għaddasa Tajlandiżi kien hemm numru ta’ għaddasa barranin, fosthom Paasi li għenu f’din l-operazzjoni delikata li ntemmet b’wiċċ il-ġid.

Ara wkoll:

L-AĦĦAR AĦBAR: Isalvawhom kollha b’suċċess mill-għar perikoluż fit-Tajlandja

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fl-Istati Uniti, l-awtoritajiet taw l-approvazzjoni tagħhom għall-mediċina ġdida li tfejjaq il-marda tal-malarja. Il-mediċina hija ddisinjata speċifikament għall-malarja kkawżata mill-parassita plasmodium vivax li tħalli mal-8.5 miljuni morda kull sena. Il-marda tal-malarja…

Annimali

Grupp ta’ għaddasa li niżlu jgħoddsu f’Wied il-Għasri u Reqqa Point f’Għawdex ġew wiċċ imb’wiċċ ma’ skart mhux tas-soltu mormi fil-baħar. L-għaddasa sabu għadd ta’ ġlud tal-fniek mormijin fil-baħar. Bil-kurrent,…

Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi dwar riħ qawwi li se jaħkem il-gżejjer Maltin. Ir-riħ mit-Tramuntana għall-Majjistral ser ikun qawwi għal qawwi ħafna kultant fuq il-Gżejjer Maltin. Din…

Aktar