Barranin
Ara l-ħerba li qed tagħmel il-maltempata Dennis fir-Renju Unit

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom.

F’Wales, ħafna djar għerqu, u residenti ta’ Monmouthshire u Neath kellhom jiġu evakwati bid-dgħajjes minn toroq li spiċċaw qishom xmajjar.

Il-Ħadd kien hemm 86 twissija ta’ għargħar f’Wales, 238 fl-Ingilterra u 34 fl-Iskozja.

Ix-xita qliel u rwiefen tal-maltempata Dennis laqtu lir-Renju Unit inqas minn ġimgħa wara l-maltempata Ciara, li wkoll wasslet għal titjiriet imħassra, qtugħ fis-servizzi tal-ferrovija, djarmgħerrqa u eluf mingħajr provvista tad-dawl.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ġirja kontra l-ħin fir-Renju Unit fil-ġlieda kontra t-tifrix tal-COVID-19. B’numru s’issa rekord ta’ mejta f’24 siegħa – 684 ruħ li mietu kawża tal-Coronavirus. Qed jinbnew sptarijiet ġodda, fosthom l-isptar ta’…

COVID-19

In-numru ta’ Amerikani bla xogħol reġa’ żdied għal numri rekord, għat-tieni ġimgħa konsekuttiva. Iktar minn 6.6 miljun persuna marru jirreġistraw għax-xogħol sat-28 ta’ Marzu, qal id-Dipartiment tax-Xogħol, iktar mid-doppju tal-ġimgħa…

Barranin

Fir-Renju Unit, qabżu l-2,900 l-mejta, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietu 569. L-uffiċjali tas-saħħa qalu li huma frustrati bis-sitwazzjoni prekarja. Aktar minn nofs l-Ingliżi jemmnu li l-gvern tal-Prim Ministru Boris…

Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea ħabbret pjan ta’ protezzjoni għall-impjiegi u l-ħaddiema affettwati mill-pandemija. Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen qalet li se tingħata għajnuna finanzjarja lill-istati membri li tammonta għal mitt biljun…

Aktar