Barranin
ARA: L-ikbar ajruplan tal-passiġġieri fid-dinja jbati biex jinżel f’Londra

Il-bdoti tal-linja tal-ajru tal-Etihad, jidher li kellhom battikata biex iniżżlu l-ajruplan li kienu qed itajjru fl-ajruport ta’ Heathrow f’Londra.

L-ajruplan tat-tip Airbus A380, li huwa l-ikbar ajruplan tal-passiġġieri fid-dinja, kien nieżel f’Londra s-Sibt li għadda, meta ltaqa mal-maltempata mlaqqma Storm Dennis.

Fil-filmat il-bdoti jidru jiġġieldu kontra r-riħ biex iniżżlu b’wiċċ il-ġid l-ajruplan fuq it-tarmak.

Storm Dennis waslet ftit tal-jiem biss wara Storm Ciara li laqtet lir-Renju Unit u l-Punent tal-Ewropa l-Ġimgħa li għaddiet. Il-maltemp affettwa t-trasport kemm bl-art, bil-baħar, u anke bl-ajru, waqt li eluf jinsabu bi djarhom mgħarrqa u mingħajr elettriku.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Taljan, Guiseppe Conte, ħabbar li estenda l-lockdown mal-pajjiż kollu sat-3 ta’ Mejju. L-Italja ilha xahar f’lockdown. Bejn ilbieraħ u llum, mietu 570 bil-Covid-19. Bħal Spanja, l-għadd ta’ mwiet…

Barranin

Ġurnata sewda għar-Renju Unit. Fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom 980 persuna bil-Coronavirus. L-għadd tal-mejta issa tela’ 8,958. Il-Ministru tas-Saħħa, Matt Hancock, qal li l-Għid il-Kbir se jkun test biex in-nies…

Barranin

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet li qed jiżdied in-numru ta’ mediċini foloz marbuta mal-coronavirus, li qed jinbiegħu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-WHO qalet li t-teħid ta’ dawn il-mediċini foloz jista’ jkollhom…

Kurżitajiet

Ħafna xadini fl-Afrika, b’mod partikolari l-gurilli, ukoll qegħdin f’lockdown biex ma jimirdux bil-Covid-19. It-turiżmu marbut mal-gurilli f’dan il-kontinent ġie sospiż, waqt li għadd ta’ santwarji ta’ xadini oħra, bħall-Orangutans, għalqu…

Aktar