Barranin
ARA: L-iktar Prinċep fuq ruħu li mexa fuq il-passi t’ommu Diana

Ħafna jqisuh bħala l-aktar Prinċep fuq ruħu, forsi wkoll ribelluż, il-Prinċep li dejjem kien isib ruħu fl-inkwiet…  Il-Prinċep Henry Charles Albert David magħruf bħala l-Prinċep Harry huwa s-sitt suċċessur għat-tron u l-iżgħar wild tal-Prinċep ta’ Wales, Charles… u Diana, il-Prinċipessa ta’ Wales. Hu twieled fil-15 ta’ Settembru tal-1984 fl-Isptar St Mary fiċ-ċentru ta’ Londra.

Il-Prinċep Harry kiber taħt il-lenti tal-media… mill-mewt ta’ ommu u żmien l-adolexxenza għall-karriera fil-militar u aktar riċenti l-ħidma tiegħu għall-karità.

Il-Prinċep Harry għamel għaxar snin fil-Forzi Armati tar-Renju Unit. Magħhom serva darbtejn fl-Afghanistan. Il-karriera militari tiegħu ntemmet fl-2015. Il-Prinċep li llum għandu 33 sena, jgħid li l-esperjenza fl-Armata se tibqa’ miegħu għal ħajtu kollha.

Il-Prinċep Harry mexa fuq il-passi ta’ ommu, Diana, billi jaħdem għal tfal affettwati mill-HIV u l-Aids. Illum ħafna mix-xogħol tiegħu jiffoka fuq l-għajnuna għall-veterani li ndarbu waqt is-servizz u s-saħħa mentali. Flimkien ma’ ħuh, il-Prinċep William u Kate id-Dukessa ta’ Cambridge, il-Prinċep Harry waqqaf il-grupp “Heads Together”.

Meta twaqqaf dan il-grupp, il-Prinċep Harry qal, “The Heads Together campaign wants to involve all of you. We’re already working with our partner charities and thousands of people to change the way that we think about mental health.”

Il-Prinċep Harry waqqaf il-Logħob Invictus li fih jikkompetu ex membri tas-Servizzi Inglizi li jkunu ndarbu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. L-ewwel edizzjoni saret f’Londra f’Marzu tal-2014. Kien propju fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet, f’Toronto fil-Kanada, li l-Prinċep Harry deher fil-pubbliku għall-ewwel darba mal-attriċi Amerikana Meghan Markle.

Ir-Reġina Eliżabetta II bħala l-Kap tal-Commonwealth għadha kemm ħatret lill-Prinċep Harry bħala Ambaxxatur għaż-Żgħażagħ.  Għalkemm illum għandu 33 sena, fil-memorja ta’ ħafna l-ħarsa tiegħu meta kellu tnax-il sena fil-funeral tal-Prinċipessa Diana fl-1997.

F’intervista mad-Daily Telegrah f’għeluq l-20 sena mill-mewt ta’ ommu, il-Prinċep Harry tkellem dwar it-trawma li għaddha minnha wara mewtha u l-aħħar telefonata qasira magħha.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waqt il-funeral tal-vittmi ta’ Genova, il-Ministru għall-Intern, Matteo Salvini qajjem furur sħiħ wara li ntlemaħ jieħu stessu. Salvini nqabad qed jieħu stessu ma’ tfajla, propju waqt il-funeral statali f’Genova. Kienu…

Barranin

Il-Ministru għan-Nisa u l-Viċi Ministru għat-Trasport ta’ New Zealand, Julie Anne Genter, qadfet ir-rota sal-isptar biex twelled. Genter, li tifforma parti mill-Green Party u temmen fl-użu tar-roti minflok il-karozzi, qalet…

Barranin

Il-vizzju tal-irġiel li jgħaddu l-urina mal-ħitan tat-toroq huwa komuni f’ħafna bliet, mhux b’inqas f’Pariġi. L-awtoritajiet ta’ din il-belt ippruvaw joħorġu b’soluzzjoni kontra r-riħa u l-iskandlu billi vvintaw pixxaturi fil-miftuħ. Dawn…

Kurżitajiet

L-isptar ta’ Mesa, fl-Ariżona, se jkollu nuqqas ta’ infermiera fit-taqsima tal-ITU hekk kif, 16-il infermeira nqabdu tqal fl-istess żmien u mistennija jixtru kollha bejn ix-xhur ta’ Settembru u Jannar. L-istaff…

Aktar