Lokali
ARA: L-imħabba f’ċurkett speċjali lil xulxin f’San Valentinu

David Cauchi u Maria Spiteri huma żewġ żgħażagħ bid-Down Syndrome. Ilhom f’relazzjoni 5 snin u x-xewqa tagħhom hi li jiżżewġu.

Lejlet San Valentinu, David u Maria appellaw lill-persuni bħalhom biex ma jibżgħux jidħlu f’relazzjoni għax huma kapaċi jħobbu daqs ħaddieħor.

Fuq is-sufan tal-kunjata tiegħu, sibt lil David Cauchi pulit pulit jistenna lis-sieħba tiegħu . . . Maria Spiteri .. waqt li kienet qed tagħmel l-aħħar irtokki. David u Maria huma koppja bid-Down Syndrome li ltaqgħu b’ċikka għand tax-xagħar 5 snin ilu . . . u minn dakinhar nibtet relazzjoni bejniethom.

”David vera wiċċu ħelu. Iffansjajtu. Il-boyfriend tiegħi huwa David għax għalija vera ħelu, gustuż, jaf jilbes pulit u kollox jaf jagħmel.”

Ma tgħaddiex ġurnata li ma jaħsbux f’xulxin.

”Niltaqgħu u nċemplu lil xulxin. Inċemplu kuljum mit-Tnejn sal-Ħamis u niltaqgħu l-Erbgħa għall-music, bowling u kompjuter” qal David.

Lejlet San Valentinu, David u Maria għandhom rigal għal xulxin.

”Jien se ntiha xi ħaġa: iċ-ċurkett”

”Kartolina? Għadni le. Imma nixtrilu ċurkett. Engage.”

Għandhom xewqa qawwija li jiżżewġu.

”Jien inħobbu u nibqa’ nħobbu. Inkunu familja magħqudin u nkunu nistgħu niżżewġu.”

”Iva. Is-song tagħna hi Power of Love” qal David.

Omm David qalet li binha ma timmaġinahx mingħajr Maria.

”Kif iqum ġieli jkun kmieni, ngħidlu mhux issa għax għadhom reqdin. Ma joqgħodx mingħajrha.”

Tal-istess fehma omm Maria.

”Bħala Down Syndrome huma sensittivi ħafna. Kollha. Qalbhom tad-deheb. Iħobbu ħafna u mħabba vera.”

David u Maria huma xempju ta’ mħabba mingħajr kundizzjonijiet.

David u Maria jirrakkuntaw dwar imħabbithom fil-programm INSIGHTS nhar il-Ħadd fl-10.30pm fuq TVM.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Saħnu l-irjus fix-Xlendi, f’Għawdex wara li turist ħebb għal xufier ta’ double-decker. L-inċident seħħ ilbieraħ fl-16:00 waqt l-attività tradizzjonali tal-ġosta li sseħħ ta’ kull sena fil-bajja. Mhux magħruf għala t-turist…

Kronaka

Anzjan ta’ 75 sena residenti l-Pietà tilef ħajtu meta waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ ftit wara s-sebgħa ta’ llejla meta l-anzjan instab mal-art fl-inħawi ta’ ġnien li jinsab…

Lokali

Fil-ġranet li ġejjin, l-awtoritajiet tas-saħħa mistennija jagħmlu funeral tal-foqra lil erba’ persuni, li tlieta minnhom għandhom il-karta tal-identità Maltija li ilhom aktar minn xahrejn abbundannati fil-kamra mortwarja. Ma’ TVM, id-Direttur…

Aktar