Qorti
ARA: L-Imħallef Spiteri Bailey emozzjonat li ħa l-ġurament f’għeluq snin missieru

L-Imħallef Ian Spiteri Bailey deher emozzjonat meta dalgħodu għamel l-ewwel diskors tiegħu bħala Mħallef.

Meta dalgħodu ħa l-ġurament tal-ħatra fil-Palazz ta’ San Anton, l-Imħallef Spiteri Bailey qal li huwa ta’ unur u privileġġ li qed iservi f’kariga daqstant importanti.

Huwa deher emozzjonat meta aċċenna għall-fatt li llum jaħbat għeluq snin missieru, li huwa nieqes. Żied li jitlob li jkun Imħallef tajjeb f’kull sens tal-kelma.

Ara wkoll:

FILMAT: Erba’ mħallfin ġodda jieħdu l-ġurament tal-ħatra