Stejjer Umani
ARA: L-immigrant Żebbuġi li sar akkanit għal San Filep

Karim huwa immigrant mill-Ghana.  Ilu Malta 13-il sena. Kien wasal Malta b’dgħajsa mil-Libja.

Jidher li integra sew fis-soċjetà Maltija.  Mar joqgħod Ħaż-Żebbuġ u għamel ħbieb ma’ bosta Żebbuġin.  Kull filgħodu, Karim imur għat-te u l-pastizzi fil-Każin San Filep f’Ħaż-Żebbuġ.

Għalkemm imrobbi Musulman, Karim ilu membru mal-każin ta’ San Filep aktar minn 5 snin, kif qal lil Glen Falzon f’din l-intervista li dehret fil-programm Insights.

Tista’ tara l-programm TVMi Insights fuq TVMi – Insights jixxandar nhar ta’ Ħadd filgħaxija wara X Factor Malta.