COVID-19
ARA: L-Imqabba tikser il-monotonija tal-COVID-19 bid-daqq tal-Ave Maria bil-qniepen

Fi żminijiet li qed ngħixu bħalissa, b’kulħadd mitlub biex jibqa’ ġewwa, l-irħula l-ibliet waqgħu fis-skiet. Diversi nies, għaqdiet u entitajiet ħadu xi inizjattiva sabiex iferrħu lil ħaddieħor u jnisslu t-tama fis-soċjetà li dan iż-żmien tal-imxija se jgħaddi wkoll.

Fl-Imqabba, is-Soċjetà ta’ Santa Marija qed toħroġ b’għadd ta’ inizzjativi fosthom bil-bandist tal-post, Chris Schembri Baldacchino li daqq l-Ave Maria bil-qniepen. Din l-inizjattiva saret fil-pjazza prinċipali tal-Imqabba, mill-gallarija tas-sede uffiċjali tas-Soċjetà.

Waqt il-ġbid tal-filmat ittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jitħarsu l-linji gwidi tal-awtoritajiet tas-saħħa.