Lokali
ARA: L-isfidi u l-opportunitajiet tal-intrapriżi ż-żgħar

L-isfidi prinċipali li qed jiffaċċjaw l-intrapriżi żgħar u medji ġew diskussi f’seminar organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem bħala parti minn kampanja Ewropea li qed tippromovi l-kultura intraprenditorjali.

Il-President tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, Dolores Sammut Bonnici qalet li hemm diskrepanza fir-riżorsi umani, b’nuqqas ta’ ħaddiema bil-ħiliet meħtieġa, u għalhekk qed ikollhom jagħmlu tajjeb il-ħaddiema barranin. Hi stqarret li għad hemm punti dgħajfa li qed ixekklu r-reklutaġġ u l-ingaġġ tal-ħaddiema, fosthom il-burokrazija u ċerti prattiċi.

Sammut Bonnici qalet ”kumpaniji anki ma jistgħux jinvestu fil-futur long term minħabba din il-problema u ukoll ma jistgħux ikabbru l-istaff tagħhom…. għax it-talent jiġri minn kumpanija għal oħra qiegħed u dawn il-ħaddiema filwaqt li għandna bżonnhom għax il-businesses qed jikbru hemm ukoll il-problema ta’ kemm aħna nistgħu nifilħu iżjed influx ta’ barranin…”

Peter Grech u Sandra Zammit huma imprendituri li bdew in-negozju tagħhom tnax-il sena ilu. Jirrikonoxxu li r-rivoluzzjoni diġitali u l-internet naqsu l-ispejjeż u ffaċilitaw ix-xogħol.

L-Imprenditur, Peter Grech qal ”through digital għandek aċċess għad-dinja sħiħa, għandek advantages u disadvantages kemm jekk ftaħt business illum u anki kieku ftaħt il-business tnax-il sena ilu…”

Sandra Zammit qalet li l-kultura f’Malta saret aktar pro business u rrikonoxxiet li l-Gvern qed jixpruna n-negozji b’inċentivi u taħriġ.

L-imprenditur, Sandra Zammit qalet ”meta ftaħt il-business jiena tnax-il sena ilu, is-social media kien hemm… imma ma kinetx kif inhi llum…”

Il-kelliema ewlenija tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija, Kristy Debono, qalet li l-investiment fil-kapital uman huwa neċessità bażika li eventwalment se jipprovdi spirtu intraprenditorjali ġdid.

Il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona qal li l-Gvern se jkompli jintroduċi riformi fosthom bl-introduzzjoni ta’ liġi ġdida dwar il-Free Zones li se tiffaċilità l-kummerċ.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-ekonomija diġitali u l-innovazzjoni Silvio Schembri qal li qed ikunu estiżi u msaħħa inċentivi biex jassiguraw is-sostennibbiltà tan-negozji tal-familja fosthom b’taħriġ fil-media diġitali.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar