Ambjent
Ara l-iskart jiġi trattat fil-Magħtab

It-trakkijiet li jiġbru l-iskart ma jaqtgħu xejn deħlin u ħerġin mill-Magħtab. Fil-jum tal-Ħamis meta f’ħafna tal-lokalitajiet jinħabar l-iskart fil-borża s-sewda, l-ħidma tal-Wasteserv li hija responsabbli għall-immaniġjar tal-iskart ma tieqafx hekk kif il-ħaddiema jissorveljaw il-ħatt tal-iskart waqt li l-inġinji jwittu l-iskart.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Tonio Montebello insista li mhuwiex minnu li l-iskart organiku qed jiġi seperat għal xejn fid-djar għax jispiċċa jitħallat xorta waħda fil-Magħtab.

Is-sur Montebello qal li l-Wasterserv tagħmel sforzi biex anke l-materjal organiku li jintrema b’mod illegali fil-borża s-sewda jekk jista’ jkun jiġi trattat.

“Dan nagħmlu għaliex l-ewwel obbligu tiegħi huwa li n-naqqas il-matejral organiku jew nelimina l-materjal organiku milli jmur fil-landfill.”

Mistoqsi dwar il-boroż li fil-proċess jinqabdu mal-iskart organiku, s-sur Montebello qal li dan jiġri iżda ftit iħalli effett.

“Il-proċess huwa magħmul b’mod u manjiera li borża ma taffetwax il-proċess, ovvjament l-upgrade li se nagħmlu f’Sant Antnin se jkun qed jara li jkollu l-borża l-bajda biss tmur hemhekk.”

Huwa qal li l-Impjant ta’ Wied il-Għajn mistenni jerga jibda jopera sa qabel is-Sajf biex jitratta l-iskart organiku u dak riċiklabbli.

Sadanittant, il-moviment Graffiti u diversi għaqdiet oħra kkundannaw id-deċiżjoni biex il-Wasteserv tespandi l-operat tagħha bil-Magħtab billi tittieħed l-art tal-bdiewa. Fi stqarrija konġunta qalu li dan it-teħit tal-art se jwassal għal qerda ekoloġika waqt li semmew li fl-inħawi hemm fdalijiet arkeoloġiċi li jinkludi d-dolmens Ta’ Ħammut u fdalijiet megalitiċi.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar